Elektronika – L-ewwel Sessjoni: Evoluzzjoni (l-era tad-DJ)
- This event has passed.
Elektronika – L-ewwel Sessjoni: Evoluzzjoni (l-era tad-DJ)
Elektronika huwa proġett li ġie varat fi Frar li għadda bl-iskop li jiżviluppa storjografija tal-mużika elettronika f’Malta. F’dan is-sajf, dan il-proġett se jidħol f’fażi ġdida permezz ta’ serje ta’ sessjonijiet fejn se jiġi esplorat l-iżvilupp u l-evoluzzjoni tax-xena tal-mużika elettronika f’Malta.
L-ewwel minn dawn is-sessjonijiet bl-isem: ‘L-ewwel Sessjoni: Evoluzzjoni (l-era tad-DJ)’ se tikkonsisti f’intervista lil erba’ dj’s li kienu pijunieri fix-xena ta din it-tip ta’ mużika f’Malta: Coco, David Dee, Brian James and Owen Jay. Wara din is-sessjoni, tlieta minn dawn id-djs, David Dee, Brian James and Owen Jay ħa jdoqqu ‘dj set’ ta’ siegħa. Huma jdoqqu flimkien fi proġett li varaw dan l-aħħar bl-isem ta’ ‘Tres Moody’.
Dan il-proġett huwa mmexxi minn Electronic Music Malta flimkien mal-Fondazzjoni M3P u huwa megħjun mill-Kunsill Malti għall-Arti. Elektronika huwa parti mill-programm ta’ Spazju Kreattiv.
Creative Team: | Michael Bugeja / Dr Toni Sant: Research Co-ordination
Edwin Balzan: Project Co-ordinator David Dee, Brian James, Owen Jay: Performers |