Loading Events
  • This event has passed.

Exhibition on Screen: Leonardo, The Works

5 April 2020
Dati u ħin: Il-Ġimgħa, 1 ta’ Mejju 2020, 7:30pm Il-Ġimgħa, 3 ta’ Lulju 2020, 7:30pm Post: Ċinema ta’ Spazju Kreattiv Prezz: €7 / €6 (membri taċ-ċinema club) Fid-dawl tal-iktar żviluppi riċenti, ġie deċiż li dan l-avveniment jiġi kkanċellat. Dan qed isir sabiex nieħdu ħsieb is-saħħa tal-istaff u l-viżitaturi tagħna li hija l-ewwel prijorità tagħna.  Leonardo, The Works B’direzzjoni ta’ Phil Grabsky Jikkommemora l-500 anniversarju mill-mewt ta’ Leonardo Leonardo da Vinci huwa magħruf bħala l-aktar artist favorit fid-dinja. Diversi spettakli fuq it-televiżjoni u films urew il-ġenju kbir tiegħu, iżda m’eżaminawx mill-qrib biżżejjed l-aktar element kruċjali: l-arti tiegħu. Il-pittura u t-tpenġija sublimi ta’ Leonardo se jkunu fiċ-ċentru ta’ Leonardo: The Works, hekk kif EXHIBITION ON SCREEN tippreżenta kull pittura tiegħu, fi kwalità Ultra HD, li qatt ma dehru qabel fuq l-iskrin. Xogħlijiet ewlenin jinkludu il-Mona Lisa, The Last Supper, Lady with an Ermine, Ginevra de’ Benci, Madonna Litta, Virgin of the Rocks, u aktar minn tużżana aktar. Il-film jagħti ħarsa ġdida lejl il-ħajja ta’ Leon ardo – il-ħila inventiva tiegħu, il-ħiliet tal-iskultura tiegħu, l-għarfien militari tiegħu, u l-ħila tiegħu li jinnaviga fil-politika qarrieqa ta’ żmienu – permezz tal-arti tiegħu. Dan il-film, li se joħroġ fil-500 anniversarju mill-mewt tiegħu, huwa l-film definittiv dwar Leonardo: l-ewwel wieħed li verament jagħti l-istorja kollha. https://www.youtube.com/watch?v=R3R-tUoiaHQ

Informazzjoni fuq il-Biljetti

Adulti
n/a
Konċessjonijiet
n/a
Tfal
n/a
Cinema Club Members
n/a
Konċessjonijiet jinkludu studenti, persuni bil-karta anzjan u Special ID holders (SID)

Informazzjoni fuq il-Post

Ċinema ta’ Spazju Kreattiv

Kavallier ta' San Ġakbu, Pjazza Kastilja
Valletta, Malta

Informazzjoni Addizzjonali

Tul ta' Ħin
85 mins
Ċert
U
Lingwa
Ingliż