Loading Events
  • This event has passed.

Exhibition on Screen: Lucian Freud, A Self Portrait

4 Diċembru 2020 @ 7:30 pm - 8:50 pm

 

LUCIAN FREUD: A SELF PORTRAIT
B’direzzjoni ta’ David Bickerstaff

Għall-ewwel darba fl-istorja, ir-Royal Academy of Arts f’Londra, b’kollaborazzjoni mal-Museum of Fine Arts f’Boston, se tesibixxi l-awtoritratti ta’ Lucian Freud.
Din l-esibizzjoni se tinkludi aktar minn 50 pittura, print u tpenġija li fihom dan il-ġenju modern tal-arti Brittanika ġibed l-attenzjoni fuqu nnifsu. Wieħed mill-aktar artisti magħrufa ta’ żmienna, Lucian Freud huwa wkoll wieħed mill-ftit artisti tas-seklu 20 li rnexxielu jippreżenta lilu nnifsu b’konsistenza kbira.

Mifruxa fuq kważi seba’ deċennji, l-awtoritratti tiegħu jagħtu ħarsa affaxxinanti kemm fil-psike tiegħu, kif ukoll fl-iżvilupp tiegħu bħala artist, mill-ewwel ritratt impitter fl-1939 għall-aħħar wieħed magħmul 64 sena wara. Meta tarahom kollha flimkien, ir-ritratti jirrappreżentaw studju affaxxinanti dwar id-dinamika tax-xjuħija u l-proċess ta’ awtorappreżentazzjoni. Din l-esibizzjoni intensa toħloq opportunità unika biex EXHIBITION ON SCREEN tiżvela x-xogħol ta’ ħajjet l-artist f’wirja waħda.

Dati u ħin: Il-Ġimgħa, 4 ta’ Diċembru 2020, 7:30pm

Informazzjoni fuq il-Biljetti

Adulti
€7
Konċessjonijiet
n/a
Tfal
n/a
Cinema Club Members
€6
Konċessjonijiet jinkludu studenti, persuni bil-karta anzjan u Special ID holders (SID)

Informazzjoni fuq il-Post

Ċinema ta’ Spazju Kreattiv

Kavallier ta' San Ġakbu, Pjazza Kastilja
Valletta, Malta

Informazzjoni Addizzjonali

Tul ta' Ħin
80 mins
Ċert
U
Lingwa
Ingliż