Loading Events
  • This event has passed.

Gary Numan – Android in La La Land (Documentary Screening preceded by Vinyl Listening)

22 Mejju 2019
Data u Ħin: L-Erbgħa, 22 ta’ Mejju 2019, 7.30pm Post: Iċ-Ċinema ta’ Spazju Kreattiv Prezz: €7 ( €6 għall-Membri tal-EMM)

EMM f’kollaborazzjoni mar-Richmond Foundation u Fondazzjoni Kreattivita jippreżentaw il-wiri ta’ dokumentarju ‘Gary Numan Android in La La Land’.

Dan id-dokumentarju jibda ġewwa r-Renju Unit fid-dar tal-familja ta’ Numan u mbagħad isegwi l-vjaġġ għal ġewwa dar ġdida f’Los Angeles u l-irrekordjar, il-ħruġ u l-kunċerti li jsiru bħala parti mit-tnedija tal-album ‘Spliter’ li kien l-ewwel album ta’ Numan f’seba’ snin.

L-ispettaturi ħa jaraw stejjer ta’ eċċess mid-dinja tal-mużika pop, id-dipressjoni, dwejjaq u attakki tal-paniku, u kif personaġġi oħra flimkien mal-familja għenu lil dan l-artist biex jgħaddi minn u jkampa waqt żmienijiet feliċi u oħrajn inqas minn hekk f’karriera ta’ ‘il fuq minn 30 sena fil-kamp mużikali.

Dan id-dokumentarju jesplora wkoll l-aspett kreattiv madwar ix-xogħol li jagħmel Numan, speċjalment fuq l-album ‘Splinter’. Jitratta ix-xogħol tiegħu ġewwa l-istudio, l-irrekordjar, il-ħruġ tal-album u l-kunċerti fl-Istati Uniti u l-Ewropa. Ħa nidħlu f’moħħ pijunier li ma kienx daqshekk mifhum u apprezzat għal ħafna żmien tal-karriera tiegħu.

Qabel il-wiri tad-dokumentarju ħa jindaqqu xi wħud mix-xogħolijiet ta’ Gary Numan kif ukoll se jkun hemm taħdita qasira fuq ix-xogħol siewi li tagħmel ir-Richmond Foundation.

  https://www.youtube.com/watch?v=GUolVn01edI
With the participation of
Spazju Kreattiv, Richmond Foundation

Informazzjoni fuq il-Biljetti

Adulti
n/a
Konċessjonijiet
n/a
Tfal
n/a
Cinema Club Members
n/a
Konċessjonijiet jinkludu studenti, persuni bil-karta anzjan u Special ID holders (SID)

Informazzjoni fuq il-Post

Ċinema ta’ Spazju Kreattiv

Kavallier ta' San Ġakbu, Pjazza Kastilja
Valletta, Malta

Informazzjoni Addizzjonali

Tul ta' Ħin
85 minuta
Ċert
n/a
Lingwa
Ingliż