Loading Events
  • This event has passed.

Ħares Rużann bħalma dejjem int ħarist

17 Mejju 2019 - 19 Mejju 2019
Dati u Ħinijiet Il-Ġimgħa, 17 ta’ Mejju, 2019, 8pm Is-Sibt, 18 ta’ Mejju, 2019, 8pm Il-Ħadd, 19 ta’ Mejju, 2019, 6pm u 8pm Post: It-Teatru ta’ Spazju Kreattiv Prezz: €12 / €10 (konċessjonijiet għall-istudenti u l-anzjani) Il-figura tal-mara Ebejer jagħtiha ħafna importanza għax għalih il-mara kienet minn dejjem it-tmun tas-soċjetà Maltija, anki fl-iktar żminijiet ostili għall-mara Maltija meta la kellha vot u lanqas setgħet issemma’ leħinha. Imma kienet dejjem mara determinata u punt ta’ riferiment għal kulħadd. Dan jiżboq l-aktar fil-karattru ta’ Rużann, hekk kif jippreżentah Ebejer. Dan l-addattament pop tar-rumanzett huwa mmirat li jagħti bixra kontemporanja lil xogħol klassiku, b’mod li joħroġ il-kuntrasti bejn il-passat u l-preżent tas-soċjeta’ Maltija, b’mod partikolari fejn tidħol l-emanċipazzjoni tal-mara fis-soċjetà. Effetti ta’ strobe lighting ser jintużaw waqt il-performance.
Creative Team
Producer: Ronald Briffa, Maniġer tal-Produzzjoni: Annalisa Schembri, Direttur: Jamie Cardona, Atturi: Sarah Camilleri, Shelby Aquilina, Toni Busuttil

Informazzjoni fuq il-Biljetti

Adulti
n/a
Konċessjonijiet
n/a
Tfal
n/a
Cinema Club Members
n/a
Konċessjonijiet jinkludu studenti, persuni bil-karta anzjan u Special ID holders (SID)

Informazzjoni fuq il-Post

Teatru ta’ Spazju Kreattiv

Kavallier ta' San Ġakbu, Pjazza Kastillja
Valletta, Malta

Informazzjoni Addizzjonali

Tul ta' Ħin
60 minuta
Ċert
12A
Lingwa
Malti