Hunt for the Wilderpeople

Loading Events
  • This event has passed.

Hunt for the Wilderpeople

15 Ġunju 2021 @ 7:30 pm - 9:00 pm

Data u Ħin:  It-Tlieta, 15 ta’ Ġunju 2021, 7.30pm

Nixtiequ li kulħadd igawdi minn dan il-film mingħajr ħlas. Jekk jogħġbok kun prudenti u tibbukkjax biljetti jekk m’intix ċert hux se tattendi

Direttur:
Taika Waititi

Hunt for the Wilderpeople jirrakkonta l-istorja ta’ Ricky Baker, tifel li għadu ma sabx postu fis-soċjetà.  Meta zitu li tiffosterjah tmut ħabta u sabta, jispiċċa waħdu mal-imqit zijuh Hec.  Dawn isibu ruħhom maħruba fil-foresti massivi ta’ New Zealand, jiżgiċċaw l-awtoritajiet tas-servizzi soċjali tat-tfal kif ukoll lill-pulizija. B’hekk jiġu sfurzati jaħdmu flimkien sabiex isalvaw minkejja d-differenzi tagħhom u tispiċċa tinbena relazzjoni profonda u umoristika matul din l-avventura.

Il-Kru, minn Neww Zealand stess, ħadem qatigħ u xi drabi f’kundizzjonijiet diffiċli matul il-ġbid ta’ dan il-film.  Il-kundizzjonijiet tat-temp varjaw minn borra, riħ qawwi, u destinazzjonijiet remoti fejn il kru kellhom jadattaw għan-neċessitajiet tal-mument.  Ingħatat ukoll assistenza u sapport fuq il-post mill-Forzi Armati ta’ New Zealand flimkien mat-tribù Iwi Ngāti Rangi li ffaċilitaw il-ġbid ta’ dan il-film ambizzjuż jitlesta fiż-żmien previst.

Hunt for the Wilderpeople kompla biex sar l-iktar film ta’ New Zealand li għamel suċċess fil-box office lokali.

Informazzjoni dwar fejn inġibed il-film

Dan il-film ġie miġbud fuq perjodu ta’ ħames ġimgħat fix-xhur xitwin ta’ Mejju u Ġunju fl-2015 f’għadd ta’ postijiet meraviljużi madwar New Zealand fosthom; Piha, Karekare, Bethells Beach, Horopito, u l- Kaimanawa Plains.

 

Il-wiri ta’ dan il-film huwa kollaborazzjoni bejn in-New Zealand High Commission u Spazju Kreattiv

 

 

Informazzjoni fuq il-Biljetti

Adulti
Dħul b'xejn, prenotazzjoni meħtieġa
Konċessjonijiet
Dħul b'xejn, prenotazzjoni meħtieġa
Tfal
Dħul b'xejn, prenotazzjoni meħtieġa
Cinema Club Members
Dħul b'xejn, prenotazzjoni meħtieġa
Konċessjonijiet jinkludu studenti, persuni bil-karta anzjan u Special ID holders (SID)

Informazzjoni fuq il-Post

Ċinema ta’ Spazju Kreattiv

Kavallier ta' San Ġakbu, Pjazza Kastilja
Valletta, Malta

Informazzjoni Addizzjonali

Tul ta' Ħin
1hr 30min
Ċert
12 A
Lingwa
n/a