Loading Events
  • This event has passed.

Il-Klus ta’ Clews

27 Settembru 2019 - 29 Settembru 2019
Dati u Ħinijiet Il-Ġimgħa 27 ta’ Settembru 2019, 8pm Is-Sibt 28 ta’ Settembru 2019, 6pm Is-Sibt 28 ta’ Settembru 2019, 8pm Il-Ħadd 29 ta’ Settembru 2019, 8pm Post: Studjow B, Spazju Kreattiv Prezz: €10 Għall-mitt sena anniversarju mit-twelid tal-attur komiku popolari Malti Charles Clews, Spazju Kreattiv qed jipproduċi varjeta’ b’uħud mix-xogħlijiet tiegħu. Fir-rappreżentazzjoni jieħdu sehem atturi magħrufa li bl-istil sinonimu tagħhom ser ikunu qed jinterpretaw ix-xogħlijiet ta’ Clews permezz ta’ script ġdid ta’ Toni Sant u Trevor Zahra ibbażat fuq kitbiet ta’ Clews, li jinkludu fost l-oħrajn kanzunetti popolari bħal: ‘Rozamarie’, ‘L-Emigrant’ , ‘In-Nannu Tieghi stess’ u ‘Radju Muskettieri’. Dan il-proġett qed jiġi imtella’ bis-sapport tal-Kunsill Malti għall-Arti u l-kollaborazzjoni tal-familja Clews, l-aktar ibnu Alan li ġabar il-materjal kollu inkluż memorabilia u scripts miktuba minn dan l-artist popolari. Koproduzzjoni ta’ Spazju Kreattiv bl-appoġġ tal-Kunsill Malti għall-Arti
Creative Team
Riċerka: Toni Sant Kitba: Trevor Zahra Produzzjoni: Spazju Kreattiv u Twist Media & Entertainment Direzzjoni: Joseph Galea Atturi: Mario Spiteri (Snits), Joe Farrugia (Dulli) Kantanta: Leontine Spiteri Pjanista: Alex Vella Gregory

Informazzjoni fuq il-Biljetti

Adulti
n/a
Konċessjonijiet
n/a
Tfal
n/a
Cinema Club Members
n/a
Konċessjonijiet jinkludu studenti, persuni bil-karta anzjan u Special ID holders (SID)

Informazzjoni fuq il-Post

Studjows

Kavallier ta' San Ġakbu
Pjazza Kastilja, Il-Belt Valletta VLT1060 Malta

Informazzjoni Addizzjonali

Tul ta' Ħin
60 minuta
Ċert
U
Lingwa
Malti