Kors ta’ Kitba għat-Teatru II

Loading Events
  • This event has passed.

Kors ta’ Kitba għat-Teatru II

12 Diċembru 2015 @ 10:00 am - 5:00 pm

Tisħiħ ta’ Kitba – Għerf – Teknika

  Dawn is-sessjonijiet ikomplu jibnu fuq it-tagħrif li nkiseb matul l-ewwel parti tal-kors. Din id-darba, l-istudenti ser ikunu qegħdin jiffukaw fuq aspetti speċifiċi tal-iscript-writing, bl-għan li fl-aħħar ikunu kapaċi jiktbu silta kompluta tant li, eventwalment, tista’ anke tiġi ppubblikata. Essenzjalment, dan l-istudju għandu l-għan li jkompli japprofondixxi t-taħriġ teoretiku u prattiku fit-teknika tal-iscript-writing.

Barra minn hekk, l-istudenti ser ikunu qegħdin jaħdmu b’mod aktar prattiku sabiex ikomplu jiżviluppaw l-ideat tagħhom, jipperfezzjonaw il-kitba tagħhom, u jfasslu metodi taf kif jistgħu jeżaminaw il-validità tal-kitba tagħhom. Madankollu, il-kritika u l-evalwazzjoni tax-xogħol tagħhom stess, kif ukoll dak tal-kollegi, jifformaw parti ċentrali tas-sessjonijiet, li fl-aħħar mill-aħħar ifittxu li jħaddnu l-prinċipji ta’ libertà u inklussività fl-espressjoni tal-kitba.

Dettalji tal-programm:

 

SESSJONI I  (ma’ Cathy Crabb) Taqsima I Data: Is-Sibt 12 ta’ Diċembru 2015 Ħin: 10.00AM-5.00PM Post: Studjow A (Kavallier ta’ San Ġakbu) Taqsima II Data: It-Tnejn 14 ta’ Diċembru 2015 Ħin: 6.00PM-9.00PM Post: Studjow A (Kavallier ta’ San Ġakbu)

SESSJONI II (ma’ Fraser Grace)

Taqsima I Data: Il-Ġimgħa 15 ta’ Jannar 2016 Ħin: 6.00PM-9.00PM Post: Studjow A (Kavallier ta’ San Ġakbu) Taqsima II Data: It-Tnejn 18 ta’ Jannar 2016 Ħin: 6.00PM-9.00PM Post: Studjow A (Kavallier ta’ San Ġakbu) TAĦDITA U KUMMENTI Data: Is-Sibt 20 ta’ Frar 2016 Ħin: 10.00AM-5.00PM Post: Studjow A (Kavallier ta’ San Ġakbu)  

SESSJONI III (ma’ Fraser Grace)

Taqsima I Data: Il-Ġimgħa 8 ta’ April 2016 Ħin: 6.00PM-9.00PM Post: Studjow A (Kavallier ta’ San Ġakbu) Taqsima II Data: It-Tnejn 11 ta’ April 2016 Ħin: 6.00PM-9.00PM Post: Studjow A (Kavallier ta’ San Ġakbu)   SESSJONI SPEĊJALI (ma’ Chris Cooper) Data: Il-Ġimgħa 11 ta’ Marzu 2016 Ħin: 6.00PM-9.00PM Post: Studjow A (Kavallier ta’ San Ġakbu) GĦELUQ (ma’ Prof. Vicky Ann Cremona) Data: Il-Ħadd 15 ta’ Mejju 2016 Ħin: 9.00AM-5.00PM Post: Studjow A (Kavallier ta’ San Ġakbu)

Avviż dwar l-applikazzjonijiet: Kull applikazzjoni għandha ssir permezz tal-Università ta’ Malta minn hawnhekk.

 
With the participation of
Cathy Crabb, Fraser Grace
Creative Team
Vicki Ann Cremona

Informazzjoni fuq il-Biljetti

Adulti
n/a
Konċessjonijiet
n/a
Tfal
n/a
Cinema Club Members
n/a
Konċessjonijiet jinkludu studenti, persuni bil-karta anzjan u Special ID holders (SID)

Informazzjoni fuq il-Post

Studjows

Kavallier ta' San Ġakbu
Pjazza Kastilja, Il-Belt Valletta VLT1060 Malta

Informazzjoni Addizzjonali

Tul ta' Ħin
n/a
Ċert
18 +
Lingwa
Ingliż