Loading Events
  • This event has passed.

LA PIETÀ
Instalazzjoni videodance ta’ Ruben Zahra

3 Marzu 2022 - 17 April 2022

LA PIETÀ huwa suġġett magħżul minn bosta artisti ta’ fama fejn jaddottaw il-figura tal-Madonna bil-ġisem mejjet ta’ binha fuqha.  Mingħajr dubju, l-aktar waħda famuża fosthom kollha hija dik minn Michelangelo Buonarrotti,

imnaqqxxa minn blokka tal-irħam ta’ Carrara u li tinsab meqjuma fil-Bażilika ta’ San Pietru fil-Vatikan.  F’dan il-proġett, Zahra jirriproduċi La Pietà ta’ Michelangelo – u jdawwar il-pożizzjoni tal-Madonna u ta’ Kristu.  Iż-żgħażugħ fl-ilbies monumentali ta’ Marija jilqa fi ħdanu lill-figura nuda femminili.  It-tfajla, bħall-Kristu ta’ Michelangelo, ma tindika ebda emozzjoni turmentata.  Tul il-koreografija, il-koppja tidħol f’nisġa ta’ relazzjoni li tiżviluppa u tevolvi fuq diversi emozzjonjiet, mill-inqas tgħanniqa sad-devozzjoni passjonali.  Il-moviment huwa kurat minn Ruben Zahra f’kollaborazzjoni mal-koreografa Francesca Tranter.

 

Creative Team: Concept, music composition and video editing: Ruben Zahra | Choreographer: Francesca Tranter | Dancers: Julia Lundberg & Chakib Zidi | Light design: Moritz Zevan | Costume design: Ritienne Zammit | Make-up: Jackie Grima | Filming: Sam Chetcuti | Photographer: Emma Tranter | Recording engineer: Luke Grech – Cornerhouse Studios | Mixing engineer: Matthew James Borg

 

Informazzjoni fuq il-Biljetti

Adulti
n/a
Konċessjonijiet
n/a
Tfal
n/a
Cinema Club Members
n/a
Konċessjonijiet jinkludu studenti, persuni bil-karta anzjan u Special ID holders (SID)

Informazzjoni fuq il-Post

Atrium / Atrium Approach / Upper Atrium

Atrium Approach

Informazzjoni Addizzjonali

Tul ta' Ħin
6 minuti (looped)
Ċert
n/a
Lingwa
n/a