Les Contes de la Nuit (Tales of the Night)

Loading Events
  • This event has passed.

Les Contes de la Nuit (Tales of the Night)

28 Ottubru 2018 @ 3:00 pm - 4:25 pm
Il-wiri ta’ dan il-film huwa kollaborazzjoni bejn l-Alliance Française de Malte Mediterranée u Spazju Kreattiv, bl-appoġġ tal-Ambaxxata Franċiża u l-Institut Français.         Data u Ħin: Il-Ħadd, 28 Ottobru 2018, 3pm Post: Iċ-Ċinema ta’ Spazju Kreattiv Prezz: Bla ħlas, prenotazzjoni meħtieġa Nixtiequ li kulħadd igawdi minn dan il-film mingħajr ħlas. Jekk jogħġbok kun prudenti u tibbukkjax biljetti jekk m’intix ċert hux se tattendi. Bil-Franċiz, sottotitoli bl-Ingliż. Mill-immaġinazzjoni ineżawribbli ta’ kittieb elokwenti, disinjatur tal-kostumi kreattiv, u artist grafiku ta’ sengħa kbira li jingħaqadu f’ċinema antika abbandunata imma maġika, joħorġu sitt stejjer allegoriċi ta’ eroiżmu, tjubija u mħabba li jingħaqqdu fi vjaġġ multi-kulturali matul l-istorja tal-bniedem mill-erbaʼ rkejjen tad-dinja. L-istorja tagħna tibda’ fl-Ewropa taʼ żmien il-Medju Evu, fejn prinċep marid bl-imħabba jsofri taħt il-piż ta’ sigriet terribli. Sadanittant, esploratur qalbieni li qed jivvjaġġa lejn post ezotiku fl-Indji tal-Punent jircievi l-għajnuna minn għand tlett sorsi mhux mistennija. Iċ-ċittadini tal-Belt Azteka tad-Deheb, li jkunu kważi qatgħu qalbhom jistennew il-miġja tal-profeta tagħhom, fl-aħħar jiltaqgħu miegħu, filwaqt li tifel isib is-sejħa tiegħu x’imkien taħt ix-xemx tikwi ta’ raħal fl-Afrika tal-Punent. Imbagħad, żagħżugħ Tibetjani nobbli li għandu l-fiduċja tar-Re jsib ruħu f’dilemma kerha – u, fl-aħħar – żewġ maħbubin żgħażugħa jiġu mifruda minn saħta velenuża. Dawn huma l-istejjer affaxxinanti li jseħħu matul din il-lejla fejn kollox huwa possibbli fl-isem tal-imħabba …   https://youtu.be/pLPQFDyJwuk
With the participation of
Julien Beramis (Garçon), Marine Griset (Fille)
Creative Team
Michel Ocelot

Informazzjoni fuq il-Biljetti

Adulti
n/a
Konċessjonijiet
n/a
Tfal
n/a
Cinema Club Members
n/a
Konċessjonijiet jinkludu studenti, persuni bil-karta anzjan u Special ID holders (SID)

Informazzjoni fuq il-Post

Ċinema ta’ Spazju Kreattiv

Kavallier ta' San Ġakbu, Pjazza Kastilja
Valletta, Malta

Informazzjoni Addizzjonali

Tul ta' Ħin
84 mins
Ċert
U
Lingwa
Franċiz (sottotitoli bl-Ingliż)