Loading Events
  • This event has passed.

Malta Café Scientifique: Electromagnetic Wellbeing

9 Diċembru 2020 @ 7:00 pm - 9:00 pm

Li l-popolazzjoni qeda tixjieħ hija waħda mill-ikbar sfidi soċjali u ekonomiċi li qed tiffaċċja l-Unjoni Ewropeja.

Mid-data analizzata bejn Novembru u Diċembru tal-2017, Eurostat tbassar li n-numru ta’ persuni anzjani, ta’ 65 sena jew aktar, dejjem qed jikber b’żieda saħansitra aktar mgħaġġla fin-numru ta’ persuni anzjani ħafna, ta’ 85 sena jew aktar. Din il-popolazzjoni li qiegħda tixjieħ qed taffettwa bosta oqsma soċjali u ekonomiċi, waħda mill-aktar problemi prevalenti dik tal- kura tas-saħħa , fejn l-ispejjeż tal-kura tas-saħħa qed jiżdiedu b’mod kostanti minħabba li qedin ngħixu iktar. Issa qed niffaċċjaw mistoqsija importanti: x’nistgħu nagħmlu biex nindirizzawha?

Malta Café Scientifique tippreżenta lil Dr Lourdes Farrugia fid- 9 ta’ Diċembru 2020 (7:30pm), li se tiddiskuti soluzzjoni possibbli għall-ispejjeż li dejjem qedin jikbru għal-kura tas-saħħa: immaġini bl-użu ta’ l-elettromanjetika u kura.

Dan l-avveniment se jsir online

TIM KREATTIV
Danielle Martine Farrugia (Project Manager), Chris Styles (Organiser), Olena Sammut & Antonio Borg (Poster Designers), Sam Shingles, Amber Mifsud and Bethany Wooton (Assistants).

Informazzjoni fuq il-Biljetti

Adulti
n/a
Konċessjonijiet
n/a
Tfal
n/a
Cinema Club Members
n/a
Konċessjonijiet jinkludu studenti, persuni bil-karta anzjan u Special ID holders (SID)
Dan l-avveniment se jsir online

Informazzjoni fuq il-Post

Spazju Kreattiv

Kavallier ta' San Ġakbu, Pjazza Kastillja
Valletta, Malta
Online

Informazzjoni Addizzjonali

Tul ta' Ħin
2h
Ċert
13+
Lingwa
Ingliż