Malta Indie Shorts │ January Edition

Loading Events
  • This event has passed.

Malta Indie Shorts │ January Edition

13 Jannar 2022 @ 7:00 pm - 8:30 pm

Data u ħin
Il-Ħamis 13 ta’ Jannar 2022, 7pm

Malta Indie Shorts huwa avveniment eċċitanti għal produtturi tal-films u udjenzi lokali.

Kull xahar, aħna nuru 3 films qosra notevoli li ġew prodotti u ffilmjati hawn Malta, kif ukoll diskussjoni ma’ kull direttur. Din l-interazzjoni tal-udjenza hija vitali għall-produtturi tal-films. Il-pubbliku għandu l-opportunita’ li jitgħallem dwar il-produzzjoni tal-films, permezz ta’ artisti li jaħdmu f’ Malta u Għawdex.

January 13th 2022 Programme:

● Mr Teddy Is Angry (2021)  – Dir. Fabrizio Ellul (Animazzjoni)

Teddy ġgant jidher fil-Port tal-Belt Valletta. Il-midja tidħol f’eċċitament, u malajr isegwi l-ġenn.


● L-Istedina (2021) – Dir. Nicole Cuschieri (Fantasija)

Mara tidħol f’gallerija tal-arti u tinħataf mill-karattri kollha fil-pitturi. Iżda wieħed minnhom biss jista’ jeħlisha.


● The Back-Up (2019) – Dir. Maxime Durand (Azzjoni/Kummiedja)

Sparatura bejn gangsters u l-pulizija tisplodi fuq bejt ta’ binja. Minkejja li l-ebda naħa ma ċeda, il-ħallelin huma anqas numerużi. Hekk kif jitolbu l-għajnuna, il-mistoqsija hija – minn liema rotta qed jivvjaġġa l-back-up tagħhom?


Malta Indie Shorts huwa maħluq minn Andrew Bonello. Għal aktar tagħrif, u biex titgħallem kif għandek tissottometti l-film qasir tiegħek, jekk jogħġbok ingħaqad mal-Malta Indie Shorts! grupp fuq Facebook.

Il-patruni kollha li se jattendu avvenimenti fi Spazju Kreattiv għandhom jippreżentaw ċertifikazzjoni tal-vaċċin fil-punt tad-dħul tagħhom.

 

Informazzjoni fuq il-Biljetti

Adulti
€7
Konċessjonijiet
n/a
Tfal
n/a
Cinema Club Members
€6
Konċessjonijiet jinkludu studenti, persuni bil-karta anzjan u Special ID holders (SID)

Informazzjoni fuq il-Post

Ċinema ta’ Spazju Kreattiv

Kavallier ta' San Ġakbu, Pjazza Kastilja
Valletta, Malta

Informazzjoni Addizzjonali

Tul ta' Ħin
1hr 30min
Ċert
TBC
Lingwa
n/a
: