Loading Events
  • This event has passed.

MalTease

8 Novembru 2019 - 10 Novembru 2019
Dati u l-Ħin: Il-Ġimgħa 8, is-Sibt 9 u l-Ħadd 10 ta’ Novembru 2019, 8pm Post: Teatru ta’ Spazju Kreattiv Prezz: €20 (isfel), €15 (gallarija) “MalTease”, spettaklu ta’ Burlesk u Varjetà ispirat miż-żminijiet magħrufa ta’ Strada Stretta, jirritorna għat-tielet edizzjoni tiegħu bejn it-8-10 ta’ Novembru 2019 b’aktar rappreżentazzjonijiet, artisti u sorpriżi. MalTease huwa kollaborazzjoni bejn l-artista tal-burlesk ta’ Malta Undine LaVerve u Spazju Kreattiv, li jgħaqqad flimkien artisti tal-Burlesk u l-varjetà lokali Maltija! Din is-sena bi pjaċir inħabbru kast ta’ artisti minn postijiet imbiegħda bħall-Istati Uniti u New Zealand, kif ukoll l-Iżvizzera, il-Ġermanja u aktar. Il-kast Malti jinkludi artisti tal-varjetà li jispeċjalizzaw fil-kummiedja, il-maġija u l-kant. Ejja affaxxina ruħek bix-xinxilli u t-tlellix tal-arti tal-Burlesk. Ingħaqad magħna għal dan l-ispettaklu magħruf u uniku għal Malta! Inwiegħdu splużjoni ta’ umoriżmu, ġmiel u xi kultant anke bluha. Matul is-serata se noħdukom f’dinja dekadenti ta’ arti performattiva, mużika, drama, daħk, rix, bosta inkejja u ħafna aktar! Ejja u ddeverti magħna!    
Creative Team
Undine LaVerve, Spazju Kreattiv team, Henk Wolswijk, Alice Wolswijk, Gwilym Bugeja.

Informazzjoni fuq il-Biljetti

Adulti
n/a
Konċessjonijiet
n/a
Tfal
n/a
Cinema Club Members
n/a
Konċessjonijiet jinkludu studenti, persuni bil-karta anzjan u Special ID holders (SID)

Informazzjoni fuq il-Post

Teatru ta’ Spazju Kreattiv

Kavallier ta' San Ġakbu, Pjazza Kastillja
Valletta, Malta

Informazzjoni Addizzjonali

Tul ta' Ħin
120 minuti
Ċert
18
Lingwa
Ingliż