Loading Events
  • This event has passed.

Met Opera Encore: Agrippina (Handel)2019 / 2020 Programme

5 April 2020
Data u Ħin Encore: Il-Ħadd, 5 t’ April 2020, fis-2:30PM Post: Iċ-Ċinema ta’ Spazju Kreattiv Fid-dawl tal-iktar żviluppi riċenti, ġie deċiż li il-wiri tal-bqija tal-istaġun 2019/2020 tal- MET Opera jiġi kkanċellat. Nistednukom tilqgħu l-istedina tal-MET Opera sabiex tingħaqdu mal-bqija tad-dinja għal ‘Xandiriet tal-MET Opera Filgħaxijiet’ onlajn ta’ produzjonijiet minn staġuni passati . Fl-ewwel prestazzjonijiet ta’ Agrippina ġewwa l-Met, dik is-satira ta’ Handel li ddur madwar il-politika tas-sess u s-setgħa, Sir David McVicar ta laqta ġdida lil produzzjoni li huwa kien ħoloq oriġinarjament għal La Monnaie ġewwa Brussell fis-sena 2000, fejn spikkat dinja skandaluża fejn il-waqgħa tal-Imperu Ruman qatt ma seħħet tant li baqa’ għaddej sal-ġurnata tal-lum.  B’mera xejn preċiża tas-soċjetà kontemporanja (l-istess bħal fil-każ ta’ Handel meta kien tella’ din l-opra), il-produzzjoni tippreżenta l-intrigi korrotti tal-klassijiet politiċi, mogħtija l-ħajja minn Joyce DiDonato, fil-parti ta’ Agrippina, l-imperatriċi maħkuma mill-kilba għall-poter, Brenda Rae bħala Poppea s-sedutriċi, u Kate Lindsey bħala ż-żagħżugħ moħħ ir-riħ Nerone. Iestyn Davies jidher fil-parti tal-uffiċjal ambizzjuż Ottone, filwaqt li Matthew Rose jinterpreta l-parti tal-Imperatur Claudius, li t-tron tiegħu Agrippina hija determinata li jieħdu binha. Jidderieġi din l-opra Harry Bicket, rinomat għall-interpretazzjonijiet tiegħu tar-repertorju Barokk. Jekk jogħġobkom kunu avżati li dil-produzzjoni ta’ Agrippina, minkejja li ma tinvolvix nudità, tinkludi xi kontenut għall-adulti suġġestiv , li jaf ma jkunx adekwat għal udjenzi żgħar.  Encore Adulti: €15 Konċessjonijiet (studenti u anzjani): €12 Biljett għal Staġun Encore: €120 (prezz ridott, minflok €150)
  • Konduttur: Harry Bicket Produzzjoni: Sir David McVicar Disinjatur tal-Kostumi u Sett: Catherine Zuber Disinjatur tad-Dawl: Paule Constable Koreografu: Andrew George
 

“The Met Opera is Handel’s house in Agrippina … A vivid new production … Played with electric vividness, and starring a guns-blazing Joyce DiDonato … Bold, snicker-out-loud funny, magnetic … Conducting from the harpsichord, Harry Bicket kept the pace crisp and headlong … The singers were fearless … A devilish delight … Handel died more than 250 years ago, but at the Met he seems more vital than ever.”

New York Times

  https://youtu.be/5dL1G1fSnUs
With the participation of
Brenda Rae (Poppea), Joyce DiDonato (Agrippina), Kate Lindsey (Nerone), Iestyn Davies (Ottone), Duncan Rock (Pallante), Matthew Rose (Claudio)
Creative Team
Konduttur: Harry Bicket, Produzzjoni: Sir David McVicar

Informazzjoni fuq il-Biljetti

Adulti
n/a
Konċessjonijiet
n/a
Tfal
n/a
Cinema Club Members
n/a
Konċessjonijiet jinkludu studenti, persuni bil-karta anzjan u Special ID holders (SID)

Informazzjoni fuq il-Post

Ċinema ta’ Spazju Kreattiv

Kavallier ta' San Ġakbu, Pjazza Kastilja
Valletta, Malta

Informazzjoni Addizzjonali

Tul ta' Ħin
250 minuta
Ċert
n/a
Lingwa
n/a