Loading Events
  • This event has passed.

Met Opera Encore: The Gershwins’ Porgy and Bess2019 / 2020 Programme

22 Marzu 2020 - 23 Marzu 2020
Data u Ħin Encore: Il-Ħadd, 22 ta’ Marzu 2020, fis-2:30 PM Post: Iċ-Ċinema ta’ Spazju Kreattiv Fid-dawl tal-iktar żviluppi riċenti, ġie deċiż li il-wiri ta’ Met Opera Encore: The Gershwins’ Porgy and Bess jiġi pospost. Dan qed isir sabiex nieħdu ħsieb is-saħħa tal-istaff u l-viżitaturi tagħna li hija l-ewwel prijorità tagħna. Porgy and Bess tal-Gershwins qiegħda tirritorna l-Met għall-ewwel darba wara l-1990, fi produzzjoni ġdida b’direzzjoni ta’ James Robinson, li wkoll qiegħed jiddebutta. “L-Opra folk” tal-Amerka ‒ hekk kif laqqmuha dawk li ħolquha lura fl-1935 ‒ tirrakkonta l-ġrajja tat-tallab diżabbli Porgy, parti interpretata minn Eric Owens, u l-imħabba tiegħu għal Bess ‒ maħkuma mill-vizzju tad-droga ‒ b’interpretazzjoni ta’ Angel Blue. David Robertson jidderieġi cast eċċezzjonali li fost oħrajn jinkludi lil Donovan Singletary bħala Jake s-sajjied, Golda Schultz bħala martu Clara, Latonia Moore bħala Serena l-armla, Frederick Ballentine fil-parti ta’ negozjant tad-droga, Sportin’ Life, Alfred Walker bħala Crown, ħaddiem tax-xatt brutali, u  Denyce Graves bħala Maria, matrijarka tal-belt u dik li tmexxi ħanut tal-ikel tal-lokal. B’taħlita ta’ melodiji ta’ klassiċi mill-iżjed maħbubin u li jibqgħu popolari dejjem, bħal “Summertime,” “It Ain’t Necessarily So,” “Bess, You Is My Woman Now,” “I Got Plenty o’ Nuttin,” u “My Man’s Gone Now,” il-koproduzzjoni l-ġdida ma’ L-Opera Nazzjonali Ingliża u L-Opera Nazzjonali Olandiża ġiet deskritta bħala trijonf fl-ewwel dehra tagħha ġewwa Londra iktar kmieni din is-sena. Encore Adulti: €15 Konċessjonijiet (studenti u anzjani): €12 Biljett għal Staġun Encore: €120 (prezz ridott, minflok €150)
  • Konduttur: David Robertson Produzzjoni: James Robinson Disinjatur tal-Projezzjoni:Luke Halls Disinjatur tas-Sett: Michael Yeargan Disinjatur tal-Kostumi: Catherine Zuber Disinjatur tad-Dawl: Donald Holder
 
With the participation of
David Robertson; Angel Blue (Bess), Golda Schultz (Clara), Latonia Moore (Serena), Denyce Graves (Maria), Frederick Ballentine (Sportin’ Life), Eric Owens (Porgy), Alfred Walker (Crown), Donovan Singletary (Jake)
Creative Team
Konduttur: David Robertson, Production: James Robinson

Informazzjoni fuq il-Biljetti

Adulti
n/a
Konċessjonijiet
n/a
Tfal
n/a
Cinema Club Members
n/a
Konċessjonijiet jinkludu studenti, persuni bil-karta anzjan u Special ID holders (SID)

Informazzjoni fuq il-Post

Ċinema ta’ Spazju Kreattiv

Kavallier ta' San Ġakbu, Pjazza Kastilja
Valletta, Malta

Informazzjoni Addizzjonali

Tul ta' Ħin
220 minuta
Ċert
n/a
Lingwa
n/a