MUŻE.X: Kristin Alford

Loading Events
  • This event has passed.

MUŻE.X: Kristin Alford

28 Novembru 2020 @ 9:15 am - 11:15 am

Ninsabu onorati li nippreżentaw sitt vuċijiet internazzjonali mid-dinja tal-mużewijiet, kull wieħed ser ikun qiegħed jaqsam il-ħsibijiet u l-perspettivi tiegħu jew tagħha dwar il-futur tal-mużewijiet f’sitt webinars ta’ pre-konferenza. Dr Kristin Alford is the Director of Australia’s leading, future-focused museum MOD. Her eclectic background includes engineering, human resources, marketing and science communications.

Kull kelliem ser jippreżenta r-reazzjoni personali tiegħu dwar l-isfidi futuri u l-ambizzjonijiet waqt dawn il-webinars apposta. Lejn it-tmiem, Mike Murawski, mexxej għall-bidla u promotur kommess għall-mużewijiet aktar ekwi u ċċentrati mal-komunita’, ser jagħti r-riflessjoni tiegħu dwar il-preżentazzjoni u diskussjoni. Il-webinars ser ikunu moderati minn Prof. Carmel Borg u Dr. Sandro Debono mid-Dipartiment tal-Arti, Komunitajiet Miftuħa u Edukazzjoni Adulta fi ħdan l-Universita’ ta’ Malta.

Aħna staqsejna lill-kelliema tagħna biex jirreaġixxu għat-tema tal-konferneza – ’Nsawwru l-Futur tal-Mużewijiet’ – permezz tal-lenti personali, il-perspettiva, l-promozzjoni u l-esperjenza tagħhom. Minħabba li huma konxji ħafna ta’ dan is-suġġett li huwa kurrenti ħafna u li ħafna mużewijiet qed jaffaċjaw sitwazzjoni simili fid-dinja kollha, il-webinars huma mistennija li jikkontribwixxu għall-diskussjoni tant bżonjuża dwar il-mużewijiet u l-irwol tagħhom fid-dinja post-COVID-19.

Il-webinar pre-konferenza ser ikun qed jippreċedi s-sejħa għall-studji u poster tal-konferenza ‘MUŻE.X – Shaping Museum Futures’ li ser tittella’ f’Ottubru 2021.

ORGANIZZATURI
Carmel Borg, Sandro Debono, Joseph Vancell

KOLLABORATURI
Valletta Cultural Agency, Conventions Malta

Informazzjoni fuq il-Biljetti

Adulti
BLA ĦLAS
Konċessjonijiet
BLA ĦLAS
Tfal
n/a
Cinema Club Members
n/a
Konċessjonijiet jinkludu studenti, persuni bil-karta anzjan u Special ID holders (SID)

Informazzjoni fuq il-Post

Spazju Kreattiv

Kavallier ta' San Ġakbu, Pjazza Kastillja
Valletta, Malta
Online

Informazzjoni Addizzjonali

Tul ta' Ħin
2h
Ċert
n/a
Lingwa
Ingliż