Loading Events
  • This event has passed.

National Theatre Encore: All About Eve

25 April 2019 - 5 Mejju 2019
Dati u Ħinijiet: Il-Ħamis 25 t’ April, 7:30pm Il-Ħadd 5 ta’ Mejju, 6:00pm Post: Iċ-Ċinema ta’ Spazju Kreattiv Prezzjiet: Adulti: €12 Konċessjonijiet (studenti u anzjani): €10 Tfal taħt 12-il sena: €5 All About Eve ta’ Joseph L. Mankiewicz B’addattament għall-palk u b’direzzjoni ta’ Ivo van Hove Gillian Anderson (X-Files, NT Live: A Streetcar Named Desire) u Lily James (Mamma Mia! Here We Go Again) huma l-protagonisti f’All About Eve, imxandra diretta fis-swali taċ-ċinema mill-West End ta’ Londra All About Eve tirrakkonta l-ġrajja ta’ Margo Channing. Leġġendarja. Stilla brillanti tat-teatru. L-attenzjoni tisraqha kollha, u dejjem hekk kien. Imma issa hemm Eve, l-ikbar ammiratriċi tagħha. Għadha żgħira u sabiħa ħafna Eve. Tfajla bjonda; tfajla għalkollox tipika. Imma taf kollox dwar Eve … hux taf kollox dwarha?… Din il-produzzjoni l-ġdida, li tikxef dinja ta’ għira u ambizzjoni maħluqa minn Ivo van Hove (NT Live: A View from the Bridge), wieħed mill-iżjed diretturi innovattivi fil-qasam tat-teatru fid-dinja, tittanta tistaqsi għaliex il-fama, iż-żgħożija, u l-identità donnhomma jitilfu qatt il-faxxinu tagħhom. All About Eve, ta’ Ivo van Hove, hija addattament tal-film ta’ Joseph L. Mankiewicz (Twentieth Century Fox, 1950) u r-reċta  The Wisdom of Eve, ta’ Mary Orr. Ivo van Hove jidderieġi din il-verżjoni l-ġdida għall-palk b’disinn tad-dawl u tas-sett ta’ Jan Versweyveld;b’disinn tal-kostumi ta’ An D’Huys;b’mużika ta’ PJ Harvey, li rebħet il-Premju Mercury għal darbtejn; ub’awdjo ta’ Tomm Gibbins. Julia Horan CDG kienet responsabbli għall-casting. Fotografija: Gillian Anderson iffotografata minn Pari Dukovic u Lily James minn Perou. Disinn: Bob King Creative. https://www.youtube.com/watch?v=0ulINtr-rVI

Informazzjoni fuq il-Biljetti

Adulti
n/a
Konċessjonijiet
n/a
Tfal
n/a
Cinema Club Members
n/a
Konċessjonijiet jinkludu studenti, persuni bil-karta anzjan u Special ID holders (SID)

Informazzjoni fuq il-Post

Ċinema ta’ Spazju Kreattiv

Kavallier ta' San Ġakbu, Pjazza Kastilja
Valletta, Malta

Informazzjoni Addizzjonali

Tul ta' Ħin
110 minuti
Ċert
12A
Lingwa
Ingliż