National Theatre ENCORE – Allelujah!

Loading Events
  • This event has passed.

National Theatre ENCORE – Allelujah!

18 Novembru 2018 - 2 Diċembru 2018
Dati u Ħinijiet Il-Ħadd, 18 ta’ Novembru 2018, 6pm Il-Ħadd, 2 ta’ Dicembru 2018, 6:30pm Post:  Iċ-Ċinema ta’ Spazju Kreattiv Prezz: €12 (adulti), €10 (konċessjonijiet studenti u anzjani), €5 (tfal taħt 12-il sena)

‘Iġiegħlek tinħakem minn mewġa ta’ kuntentizza.’ L-Independent

Dan id-dramm il-ġdid ta’ Alan Bennett: dramm tabilħaqq tajjeb daqskemm tad-daħk, ‘huwa l-aqwa duwa’ (Daily Telegraph). Miġbud direttament ġewwa l-London Bridge Theatre matul il-perijodu limitat li matulu ntwera, dan huwa dramm bi produzzjoni mill-aqwa mimlija ‘kanzunetti popolari u umoriżmu mill-ifjen’(Guardian) li mhux ta’ min jitlef. The Beth, sptar antikwat ġewwa belt ta’ Yorkshire li tipikament jaqdi lill-individwu matul l-istadji kollha ta’ ħajtu qiegħed jaffaċċja t-theddida li jagħlaq minħabba f’eżerċizzju mmirat sabiex iżid fl-effiċjenza. Ħerqan sabiex jiddokumenta l-ġlieda ta’ dan l-isptar sabiex jibqa’ jopera, crew tad-dokumentarju isegwi l-isfida ta’ kuljum sabiex jinstabu s-sodod ġewwa l-ward ġerjatriku ta’ Dusty Springfield, u t-trijonf  mill-kor tal-anzjani. Id-drammi ta’ Alan Bennett, wieħed mill-iktar kittieba Brittaniċi mfittxijin, jinkludu The History Boys, The Lady in the Van u The Madness of George III, li kollha kemm huma nqalbu wkoll għal films. Allelujah!huwa l-għaxar kollaborazzjoni tiegħu mad-Direttur Nichola Hytner, hu nnifsu rebbieħ ta’ premji prestiġjużi.   https://www.youtube.com/watch?v=DFIwHvxmsMU
With the participation of
Samuel Barnett, Sacha Dhawan, Deborah Findlay (atturi)
Creative Team
Nicholas Hytner (Direttur), Alan Bennett (Kittieb)

Informazzjoni fuq il-Biljetti

Adulti
n/a
Konċessjonijiet
n/a
Tfal
n/a
Cinema Club Members
n/a
Konċessjonijiet jinkludu studenti, persuni bil-karta anzjan u Special ID holders (SID)

Informazzjoni fuq il-Post

Ċinema ta’ Spazju Kreattiv

Kavallier ta' San Ġakbu, Pjazza Kastilja
Valletta, Malta

Informazzjoni Addizzjonali

Tul ta' Ħin
160 mins
Ċert
12A
Lingwa
Ingliż