National Theatre ENCORE – Frankenstein: Jonny Lee Miller as The Creature

Loading Events
  • This event has passed.

National Theatre ENCORE – Frankenstein: Jonny Lee Miller as The Creature

31 Ottubru 2018 @ 7:30 pm - 9:40 pm
Data u Ħin: L-Erbgħa 31 ta’ Ottubru 2018, 7:30pm Post: Iċ-Ċinema ta’ Spazju Kreattiv Prezz: €12 / €10 (konċessjonijiet studenti u anzjani) Kun af li dan jinvolvi filmati b’mumenti ta’ dawl qawwi u li jleħħ (strobe lighting). Dan il-Halloween Frankenstein qieħed jirritorna ġewwa ċ-ċinema internazzjonali  sabiex ifakkar il-200 sena anniversarju mill-iktar rumanz popolari ta’ Mary Shelley. Miġbuda direttament fl-2011 mill-palk tat-Teatru Nazzjonali ta’ Londra, din il-produzzjoni eċitanti u li l-biljetti għaliha nbiegħu kollha tant lisaret is-suġġett ta’ sensazzjoni internazzjonali, ġiet esperjenzata minn nofs miljun ruħ minn madwar id-dinja ġewwa ċinemas differenti. B’direzzjoni ta’ Danny Boyle (Trainspotting, Slumdog Millionaire), rebbieħtal-Academy Award®, Frankenstein jinkludi lil Benedict Cumberbatch (Hamlet, BBC’s Sherlock) u Jonny Lee Miller (Elementary, Trainspotting) jalternaw bejn l-irwoli ta’ Victor Frankenstein u l-kreazzjoni tiegħu. Sempliċi fl-innoċenza tagħha iżda grotteska fil-qagħda tagħha, il-kreatura kemxejn perplessa ta’ Frankenstein titħalla ddur f’univers mill-iktar ostili mill-ħallieq tagħha stess, maħsud kif inhu biha. Din il-ħlejqa ddisprata u vendikattiva, wiċċ imb wiċċ mal-perikli li tiltaqa’ magħhom, taħlef li tintraċċa lil dan l-istess ħallieq tagħha u tagħmel miegħu patt mill-iktar tal-biża’. Ir-responsabbiltà xjentifika, l-abbandun tal-ġenituri, l-iżvilupp konjittiv u l-ġlieda bejn it-tajjeb u l-ħażin huma lkoll elementi li jikkaratterizzaw lil din il-ġrajja klassika pjuttost disturbanti u tabilħaqq eċitanti. Ritratt ewlieni(Benedict Cumberbatch and Jonny Lee Miller) ta’ Clare Nicholson. Ritratti tal-produzzjoni ta’ Catherine Ashmore.
With the participation of
Benedict Cumberbatch (Creature/ Victor Frankenstein), Jonny Lee Miller (Creature/ Victor Frankenstein), Naomie Harris (Elizabeth Lavenza), George Harris (M Frankenstein), Karl Johnson (De Lacey)
Creative Team
Danny Boyle (direttur), Nick Dear (adattament teatrali), Mary Shelley (awtriċi),

Informazzjoni fuq il-Biljetti

Adulti
n/a
Konċessjonijiet
n/a
Tfal
n/a
Cinema Club Members
n/a
Konċessjonijiet jinkludu studenti, persuni bil-karta anzjan u Special ID holders (SID)

Informazzjoni fuq il-Post

Ċinema ta’ Spazju Kreattiv

Kavallier ta' San Ġakbu, Pjazza Kastilja
Valletta, Malta

Informazzjoni Addizzjonali

Tul ta' Ħin
127min
Ċert
15
Lingwa
Ingliż