Loading Events
  • This event has passed.

National Theatre Encore: Hamlet

18 Awissu 2019
Data u Ħin: Il-Ħadd 18 t’ Awwissu 2019, 6pm Post: Iċ-Ċinema ta’ Spazju Kreattiv Prezzjiet: Adulti: €12 Konċessjonijiet (studenti u anzjani): €10 Tfal taħt 12-il sena: €5 Hamlet ta’ William Shakespeare b’direzzjoni ta’ Lyndsey Turner Bħala parti miċ-ċelebrazzjonijiet f’għeluq l-10 anniversarju mill-bidu tan-National Theatre Live, żewġ produzzjonijiet monumentali se jkunu qegħdin jirritornaw għal preżentazzjonijiet encore. Benedict Cumberbatch (Sherlock u Doctor Strange fuqBBC) jinterpreta l-karattru ewlieni fit-traġedja stupenda ta’ Shakespeare. Segwita minn iktar minn 900,000 ruħ minn madwar id-dinja, ix-xandira oriġinali se tkun qiegħda tirritorna fis-swali taċ-ċinema bħala parti miċ-ċelebrazzjonijiet f’għeluq l-10 sena mill-bidu tan-National Theatre Live. Hekk kif pajjiż sħiħ jibda jħejji ruħu għal gwerra, familja tispiċċa sabiex tinfired. Sfurzat sabiex jivvendika ruħu mill-mewt ta’ missieru iżda staġnat minħabba dak li għandu quddiemu, Hamlet jindanna kontra l-impossibiltà tas-sitwazzjoni kerha li ġiet fuqu, bil-konsegwenza li kemm is-sanità tiegħu kif ukoll is-sigurtà tal-istat jispiċċaw mhedda. https://youtu.be/YSHRFeMVajY

Informazzjoni fuq il-Biljetti

Adulti
n/a
Konċessjonijiet
n/a
Tfal
n/a
Cinema Club Members
n/a
Konċessjonijiet jinkludu studenti, persuni bil-karta anzjan u Special ID holders (SID)

Informazzjoni fuq il-Post

Ċinema ta’ Spazju Kreattiv

Kavallier ta' San Ġakbu, Pjazza Kastilja
Valletta, Malta

Informazzjoni Addizzjonali

Tul ta' Ħin
210 minuti
Ċert
12A
Lingwa
Ingliż