Loading Events
  • This event has passed.

National Theatre ENCORE – I’m Not Running

14 Frar 2019 - 3 Marzu 2019
Dati u Ħinijiet: Il-Ħamis 14 Frar, 7:30pm (Encore) Il-Ħadd 3 Marzu, 6:00pm (Encore) Post:  Iċ-Ċinema ta’ Spazju Kreattiv Prezzjiet: Adulti: €12 Konċessjonijiet (studenti u anzjani): €10 Tfal taħt 12-il sena: €5 I’m Not Running huwa dramm ġdid ta’ David Hare b’enerġija liema bħalha, bid-debutt tiegħu ġewwa t-Teatru Nazzjonali u mxandar live ġewwa s-swali taċ-ċinema. Pauline Gibson qattgħet ħajjitha sservi bħala tabiba, u hija wkoll il-mexxejja influwenti ta’ kampanja lokali li tikkonċerna s-saħħa. Meta ċ-ċirkostanzi tal-ħajja jerġgħu jlaqqgħuha mal-għarus li kellha: xi ħadd li jappoġġja bl-aħrax il-politika tal-Partit Laburista, tispiċċa tħabbat wiċċha ma’ deċiżjoni iebsa immens. X’jirrikjedi li tissagrifika l-ħajja privata tiegħek u s-serħan tal-moħħ għal xi ħaġa li tmur lil hinn minn kwistjoni waħda? Se tazzarda? Riċentament Hare ġie deskritt minn The Washington Post bħala “id-drammaturgu politiku ewlieni li jikteb bl-Ingliż”. Ix-xogħlijiet l-oħra tiegħu jinkludu PravdauSkylight, imxandra direttmit-Teatru Nazzjonali fl-2014. https://www.youtube.com/watch?v=V_XdNvfqe6k
With the participation of
Siân Brooke
Creative Team
Neil Armfield (Direttur), David Hare (Kittieb)

Informazzjoni fuq il-Biljetti

Adulti
n/a
Konċessjonijiet
n/a
Tfal
n/a
Cinema Club Members
n/a
Konċessjonijiet jinkludu studenti, persuni bil-karta anzjan u Special ID holders (SID)

Informazzjoni fuq il-Post

Ċinema ta’ Spazju Kreattiv

Kavallier ta' San Ġakbu, Pjazza Kastilja
Valletta, Malta

Informazzjoni Addizzjonali

Tul ta' Ħin
TBC
Ċert
12A
Lingwa
Ingliż