- This event has passed.
National Theatre Encore: One Man, Two Guvnors
26 Settembru 2019 - 20 Ottubru 2019
Data u Ħin:
Il-Ħamis 26 ta’ Settembru 2019, 7:30pm
Il-Ħadd 20 ta’ Ottubru 2019, 6pm
Post: Iċ-Ċinema ta’ Spazju Kreattiv
Prezzjiet:
Adulti: €12
Konċessjonijiet (studenti u anzjani): €10
Tfal taħt 12-il sena: €5
One Man, Two Guvnors
(Encore tal-10 Anniversarju)
Ta’ Richard Bean
ibbażat fuq The Servant of Two Masters ta’ Carlo Goldoni, b’diski ta’ Grant Olding
B’rappreżentazzjoni mir-rebbieħ ta’ Tony Award u l-preżentatur ta’ The Late Late Show, James Corden, id-dramm divertenti mill-West End u Broadway One Man, Two Guvnors, jirritorna fiċ-ċinema biex jimmarka l-10 snin anniversarju tan-National Theatre Live.
Meta jiġi mkeċċi mill-grupp mużikali tal-ġeneru skiffle, Francis Henshall jibda jaħdem għal Roscoe Crabbe, brigant mill-East End, li issa jinsab fi Brighton biex jiġbor £6,000 mingħand missier l-għarusa tiegħu. Iżda Roscoe fil-verità hija oħtu Rachel li qed tagħmilha ta’ ħuha l-mejjet, li nqatel mill-għarus tagħha Stanley Stubbers.
Maqbud f’The Cricketers’ Arms, l-imġewwaħ Francis jinduna biċ-ċans biex jikseb biljett żejjed għall-ikel u jieħu t-tieni xogħol ma’ Stanley Stubbers, li qed jistaħba mill-pulizija waqt li jistenna li jerġa’ jingħaqad ma’ Rachel. Biex jipprevjeni li jinqabdu, Francis irid jara x’jagħmel biex iżommhom ’il bogħod minn xulxin. Sempliċi.
https://youtu.be/8MM6hSr9eFo
Informazzjoni fuq il-Biljetti
Adulti
n/a
Konċessjonijiet
n/a
Tfal
n/a
Cinema Club Members
n/a
Konċessjonijiet jinkludu studenti, persuni bil-karta anzjan u Special ID holders (SID)