Loading Events
  • This event has passed.

National Theatre Encore: Small Island

18 Lulju 2019 - 4 Awissu 2019
Dati u Ħinijiet: Il-Ħamis, 18 ta’ Lulju, 7.30pm Il-Ħadd, 4 t’Awwissu, 6.00pm Post: Iċ-Ċinema ta’ Spazju Kreattiv Prezzjiet: Adulti: €12 Konċessjonijietgħall-istudenti u l-anzjani: €10 Tfal taħt 12-il sena: €5

Storja adattata minn Helen Edmundson. Ibbażata fuq ir-rumanz ta’ Andrea Levy. Ċertifikazzjoni: 15

 Ir-rumanz ta’ Andrea Levy, rebbieħ tal-Orange Prize, jieħu l-ħajja f’dan l-adattament epiku ġdid miktub għall-palk. Esperjenza dan id-dramm fis-swali taċ-ċinema, mxandar live mill-palk bħala parti mill-programm tal-għaxar anniversarju tas-serje National Theater Live.

 Small Island jimbarka fuq vjaġġ mill-Ġamajka lejn il-Gran Brittanja, mit-Tieni Gwerra Dinjija sal-1948 – is-sena li l-HMT Empire Windrush waqfet f’Tilbury, l-Ingilterra.

 Id-dramm isegwi tliet stejjer marbutin. Hortense tixtieq tibda ħajja ġdida lil hinn mill-Ġamajka rurali, Gilbert joħlom li jsir avukat, u Queenie trid tiddissoċja ruħha min-nisel tagħha f’Lincolnshire. It-tama u l-umanità jitwaħħdu mar-realtà kiefra hekk kif id-dramm jintraċċa l-konnessjonijiet bejn l-istorja tal-Ġamajka u tar-Renju Unit.

 Kumpanija ta’ 40 attur tieħu sehem f’din il-produzzjoni kontemporanja u emozzjonali li se tittella fit-Teatru Nazzjonali f’Londra.

   

 

 

Informazzjoni fuq il-Biljetti

Adulti
n/a
Konċessjonijiet
n/a
Tfal
n/a
Cinema Club Members
n/a
Konċessjonijiet jinkludu studenti, persuni bil-karta anzjan u Special ID holders (SID)

Informazzjoni Addizzjonali

Tul ta' Ħin
200 minuta
Ċert
15
Lingwa
Ingliż