Loading Events
  • This event has passed.

National Theatre Live: All My Sons

14 Mejju 2019
Data u Ħin: It-Tlieta 14 ta’ Mejju, 8pm Post: Iċ-Ċinema ta’ Spazju Kreattiv Prezz: €15 B’xandira diretta minn The Old Vic ġewwa Londra, ir-rebbieħa tal-Academy Award Sally Field (Steel Magnolias,Brothers & Sisters) u Bill Pullman (The Sinner, Independence Day) huma l-protagonisti fid-dramm tant emozzjonanti ta’ Arthur Miller, All My Sons. L-Amerka tal-1947. Minkejja l-għażliet diffiċli u l-ħafna disfatti li taf iġġib magħha l-ħajja, Joe u Kate Keller huma storja ta’ suċċess. Huma bnew dar, rabbew żewġ subien u rnexxielhom jistabbilixxu wkoll negozju li kulma jmur dejjem sejjer tajjeb. Iżda xejn mhu għal dejjem, u ħajjiethom feliċi, diġà maħkuma mid-dlam minħabba t-telfa tat-tifel il-kbir tagħhom fil-gwerra, issa waslu sabiex jitfarrku. Mar-ritorn ta’ figura mill-passat, veritajiet li ilhom mistura s-snin issa huma mġegħlin jinkixfu bħalma jkollu jinkixef il-prezz tal-ħolma Amerikana. Jeremy Herrin (NT Live: This House, People, Places & Things) jidderieġi cast li jinkludi lil Jenna Coleman (Victoria) u lil Colin Morgan (Merlin). All My Sons hija koproduzzjoni ta’ Old Vic ma’ Headlong. Minħabba n-natura ‘live’ ta’ din il-performance, it-tul tal-avveniment jista’ jvarja xi ftit.  
Creative Team
Direttur: Jeremy Herrin

Informazzjoni fuq il-Biljetti

Adulti
n/a
Konċessjonijiet
n/a
Tfal
n/a
Cinema Club Members
n/a
Konċessjonijiet jinkludu studenti, persuni bil-karta anzjan u Special ID holders (SID)

Informazzjoni fuq il-Post

Ċinema ta’ Spazju Kreattiv

Kavallier ta' San Ġakbu, Pjazza Kastilja
Valletta, Malta

Informazzjoni Addizzjonali

Tul ta' Ħin
180 minuta
Ċert
12A
Lingwa
n/a