National Theatre LIVE – Allelujah!

Loading Events
  • This event has passed.

National Theatre LIVE – Allelujah!

8 Novembru 2018 @ 7:30 pm - 10:20 pm
Data u ĦinIl-Ħamis, 8 ta’ Novembru 2018, 7:30pm Post:  Iċ-Ċinema ta’ Spazju Kreattiv Prezz: €15

‘Iġiegħlek tinħakem minn mewġa ta’ kuntentizza.’ The Independent

Iffilmjat live mill-Bridge Theatre ta’ Londra, dan id-dramm il-ġdid ta’ Alan Bennett: dramm tabilħaqq tajjeb daqskemm tad-daħk, ‘huwa l-aqwa duwa’ (Daily Telegraph). Miġbud direttament ġewwa l-London Bridge Theatre matul il-perijodu limitat li matulu ntwera, dan huwa dramm bi produzzjoni mill-aqwa mimlija ‘kanzunetti popolari u umoriżmu mill-ifjen’(Guardian) li mhux ta’ min jitlef. The Beth, sptar antikwat ġewwa belt ta’ Yorkshire li tipikament jaqdi lill-individwu matul l-istadji kollha ta’ ħajtu qiegħed jaffaċċja t-theddida li jagħlaq minħabba f’eżerċizzju mmirat sabiex iżid fl-effiċjenza. Ħerqan sabiex jiddokumenta l-ġlieda ta’ dan l-isptar sabiex jibqa’ jopera, crew tad-dokumentarju isegwi l-isfida ta’ kuljum sabiex jinstabu s-sodod ġewwa l-ward ġerjatriku ta’ Dusty Springfield, u t-trijonf  mill-kor tal-anzjani. Id-drammi ta’ Alan Bennett, wieħed mill-iktar kittieba Brittaniċi mfittxijin, jinkludu The History Boys, The Lady in the Van u The Madness of George III, li kollha kemm huma nqalbu wkoll għal films. Allelujah!huwa l-għaxar kollaborazzjoni tiegħu mad-Direttur Nichola Hytner, hu nnifsu rebbieħ ta’ premji prestiġjużi.   https://www.youtube.com/watch?v=DFIwHvxmsMU
With the participation of
Samuel Barnett, Sacha Dhawan, Deborah Findlay (atturi)
Creative Team
Nicholas Hytner (Direttur), Alan Bennett (Kittieb)

Informazzjoni fuq il-Biljetti

Adulti
n/a
Konċessjonijiet
n/a
Tfal
n/a
Cinema Club Members
n/a
Konċessjonijiet jinkludu studenti, persuni bil-karta anzjan u Special ID holders (SID)

Informazzjoni fuq il-Post

Ċinema ta’ Spazju Kreattiv

Kavallier ta' San Ġakbu, Pjazza Kastilja
Valletta, Malta

Informazzjoni Addizzjonali

Tul ta' Ħin
160 mins
Ċert
15
Lingwa
Ingliż