Loading Events
  • This event has passed.

National Theatre Live: Small Island

27 Ġunju 2019 @ 8:00 pm - 11:20 pm
Data u Ħin: Il-Ħamis 27 ta’ Ġunju, 8:00pm (Live) Post: Iċ-Ċinema ta’ Spazju Kreattiv Prezz: €15 Miġbud Live

Storja adattata minn Helen Edmundson. Ibbażata fuq ir-rumanz ta’ Andrea Levy. Ċertifikazzjoni: 15

 Ir-rumanz ta’ Andrea Levy, rebbieħ tal-Orange Prize, jieħu l-ħajja f’dan l-adattament epiku ġdid miktub għall-palk. Esperjenza dan id-dramm fis-swali taċ-ċinema, mxandar live mill-palk bħala parti mill-programm tal-għaxar anniversarju tas-serje National Theater Live.

 Small Island jimbarka fuq vjaġġ mill-Ġamajka lejn il-Gran Brittanja, mit-Tieni Gwerra Dinjija sal-1948 – is-sena li l-HMT Empire Windrush waqfet f’Tilbury, l-Ingilterra.

 Id-dramm isegwi tliet stejjer marbutin. Hortense tixtieq tibda ħajja ġdida lil hinn mill-Ġamajka rurali, Gilbert joħlom li jsir avukat, u Queenie trid tiddissoċja ruħha min-nisel tagħha f’Lincolnshire. It-tama u l-umanità jitwaħħdu mar-realtà kiefra hekk kif id-dramm jintraċċa l-konnessjonijiet bejn l-istorja tal-Ġamajka u tar-Renju Unit.

Kumpanija ta’ 40 attur tieħu sehem f’din il-produzzjoni kontemporanja u emozzjonali li se tittella fit-Teatru Nazzjonali f’Londra.

Minħabba n-natura ‘live’ ta’ din il-performance, it-tul tal-avveniment jista’ jvarja xi ftit. https://www.youtube.com/watch?v=81UHOUZLjNs

Informazzjoni fuq il-Biljetti

Adulti
n/a
Konċessjonijiet
n/a
Tfal
n/a
Cinema Club Members
n/a
Konċessjonijiet jinkludu studenti, persuni bil-karta anzjan u Special ID holders (SID)

Informazzjoni fuq il-Post

Ċinema ta’ Spazju Kreattiv

Kavallier ta' San Ġakbu, Pjazza Kastilja
Valletta, Malta

Informazzjoni Addizzjonali

Tul ta' Ħin
200 minuta
Ċert
15
Lingwa
Ingliż