Loading Events
  • This event has passed.

National Theatre Live: The Lehman Trilogy

25 Lulju 2019 @ 8:00 pm
Data u Ħin: Il- Ħamis, 25 ta’ Lulju ,2019, 8pm Post: Iċ-Ċinema ta’ Spazju Kreattiv Prezz: €15 The Lehman Trilogy Ta’ Stefano Massini, adattat minn Ben Power direzzjoni ta’ Sam Mendes L-istorja ta’ familja u ta’ kumpanija li biddlu d-dinja, irrakkontata fi tliet partijiet fuq lejl wieħed. Ir-rebbieħ tal-Oscars Sam Mendes (Skyfall, The Ferryman) jidderieġi lil Simon Russell Beale, Adam Godley u Ben Miles li jinterpretaw il-parti tal-Aħwa Lehman, it-tfal tagħhom u t-tfal tat-tfal tagħhom. Matul filgħodu kiesaħ f’Settembru tal-1844, żgħażugħ mill-Bavaria jsib ruħu f’moll fi New York, joħlom fuq ħajja ġdida f’dinja ġdida. Jingħaqdu miegħu iż-żewġ ħutu subien u b’hekk tibda storja epika Amerikana. 163 sena wara, il-kumpanija li jistabbilixxu – Lehman Brothers – b’sorpriża tfalli, u b’riżultat tibda waħda mill-akbar kriżijiet finanzjarji tal-istorja. Dan id-dramm ferm imfaħħar u nominat ħames darbiet għall-Olivier Award jinkludi disinji tas-sett spettakolari minn Es Devlin (NT Live: Hamlet) u se jixxandar live mill-West End ta’ Londra bħala parti mill-10 staġun tan-National Theatre Live.  

Informazzjoni fuq il-Biljetti

Adulti
n/a
Konċessjonijiet
n/a
Tfal
n/a
Cinema Club Members
n/a
Konċessjonijiet jinkludu studenti, persuni bil-karta anzjan u Special ID holders (SID)

Informazzjoni fuq il-Post

Ċinema ta’ Spazju Kreattiv

Kavallier ta' San Ġakbu, Pjazza Kastilja
Valletta, Malta

Informazzjoni Addizzjonali

Tul ta' Ħin
215-il minuta
Ċert
12A
Lingwa
n/a