National Theatre LIVE: The Tragedy of King Richard the Second

Loading Events
  • This event has passed.

National Theatre LIVE: The Tragedy of King Richard the Second

15 Jannar 2019 @ 8:00 pm - 10:00 pm
Data u Ħin: It-Tlieta, 15 ta’ Jannar 2019, 8pm Post: Iċ-Ċinema ta’ Spazju Kreattiv Prezz: €15 Simon Russell Beale jinterpreta l-parti ta’ Rikkardu II, karattru ta’ William Shakespeare, imxandra direttament fiċ-ċinemas minn ġewwa t-Teatru Almeida, Londra. Joe Hill-Gibbins, li d-drammi tiegħu jinkludu Little Revolution ġewwa t-Teatru Almeida u Absolute Hell, ġewwa t-Teatru Nazzjonali, se jkun qiegħed jidderieġi din il-produzzjoni ġdida li tqanqal sentimenti mill-iktar qawwijin dwar il-limiti tal-poter. It-tmexxija dgħajfa ta’ Rikkardu II, Re tal-Ingilterra u individwu irresponsabbli nieqes mill-intelliġenza u minn kull sustanza, tirriżulta f’renju diżorganizzat u qorti xejn trankwilla. Mingħajr ebda għażla oħra ħlief li jakkwista l-poter taħt idejh, dan il-Bolingbroke ambizzjużj isfida lit-Tron u d-dritt sagrosant tar-re li jmexxi. Simon Russell Beale qiegħed jirritorna fuq l-iskrins tat-Teatru Nazzjonali wara xandiriet ta’ Timon of Athens u King Lear, u l-irwol riċenti tiegħu fil-produzzjoni mill-iktar imfaħħra ta’ The Lehman Trilogy.
Creative Team
National Theatre

Informazzjoni fuq il-Biljetti

Adulti
n/a
Konċessjonijiet
n/a
Tfal
n/a
Cinema Club Members
n/a
Konċessjonijiet jinkludu studenti, persuni bil-karta anzjan u Special ID holders (SID)

Informazzjoni fuq il-Post

Ċinema ta’ Spazju Kreattiv

Kavallier ta' San Ġakbu, Pjazza Kastilja
Valletta, Malta

Informazzjoni Addizzjonali

Tul ta' Ħin
155 minuta
Ċert
12A
Lingwa
Ingliż