National Theatre ENCORE: The Madness of George III

Loading Events
  • This event has passed.

National Theatre ENCORE: The Madness of George III

29 Novembru 2018 - 13 Jannar 2019
Dati u Ħinijiet Il-Ħamis, 29 ta’ Novembru 2018, 7:30pm Il-Ħadd, 13 ta’ Jannar 2019, 6:00pm Prezz: €12 (adulti), €10 (studenti u anzjani), €5 (tfal taħt 12-il sena) Post: Iċ-Ċinema ta’ Spazju Kreattiv Id-dramma rebbieħ ta’ diversi premjijiet, The Madness of George III, se jiġi mxandar live fis-swali taċ-ċinema, waqt l-ewwel xandira tan-National Theatre Live li se sseħħ minn Nottingham Playhouse. Miktub minn wieħed mill-aktar drammaturgi maħbuba fil-Brittanja, Alan Bennett (The History Boys, The Lady in the Van), dan id-dramma epiku ġie adattat wkoll għal film, li rebaħ BAFTA wara l-premiere tiegħu fl-1991. Fost il-kast ta’ din il-produzzjoni nsibu żewġ atturi li rebħu Olivier Award: Mark Gatiss (Sherlock, Wolf Hall, NT Live Coriolanus) fir-rwol prinċipali, u Adrian Scarborough (Gavin and Stacey, Upstairs Downstairs, After the Dance). Ninstabu fis-sena 1786 u King George III huwa l-aktar bniedem potenti fid-dinja. Imma l-imġieba tiegħu qed issir dejjem aktar imprevedibbli minħabba diversi problemi tas-saħħa mentali. Waqt li r-Re jkun qed jitlef moħħu b’pass drammatiku, il-politiċi ambizzjużi u l-Prinċep ta’ Wales jkunu qed jipprovaw jwaqqaw l-awtorita’ tal-Kuruna, u fil-proċess jispiċċaw jixħtu d-dawl fuq id-differenza bejn iż-żewġ uċuh tal-istess bniedem: ir-Re u r-raġel.    
With the participation of
Mark Gatiss, Adrian Scarborough, Debra Gillett (atturi)
Creative Team
Adam Penford (Direzzjoni)

Informazzjoni fuq il-Biljetti

Adulti
n/a
Konċessjonijiet
n/a
Tfal
n/a
Cinema Club Members
n/a
Konċessjonijiet jinkludu studenti, persuni bil-karta anzjan u Special ID holders (SID)

Informazzjoni fuq il-Post

Ċinema ta’ Spazju Kreattiv

Kavallier ta' San Ġakbu, Pjazza Kastilja
Valletta, Malta

Informazzjoni Addizzjonali

Tul ta' Ħin
210 min
Ċert
12A
Lingwa
Ingliż