Loading Events
  • This event has passed.

Ninu (Skejjel)

21 Marzu 2019 @ 9:30 am - 22 Marzu 2019 @ 12:30 pm
Dati u Ħinijiet Il-Ħamis, 21 ta’ Marzu, 9:30am u 11:30am Il-Ġimgħa 22 ta’ Marzu, 9:30am u 11:30am Post:  It-Teatru ta’ Spazju Kreattiv Prezz: Studenti: €5 – Parti mill-iskema tal-Culture Pass Għalliema li qed jakkumpanjaw lill-istudenti jidħlu bla ħlas Ninu ssegwi l-istorja ta żagħżugħ tul il-vjaġġ adoloxxenti tiegħu. F’soċjeta li kontinwament tinbidel taħt saqajħ, Ninu jfittex għall-identità tiegħu filwaqt li jissielet mal-anzjeta li dejjem tikber u thedded dak kollu li jgħożż. Kemm ser ikun lest li jissagrifika biex jadatta ruħu u jħossu verament parti minn din id-dinja ġdida li dieħel fiha? Ninu tesplora l-kumplessitajiet tal-adoloxxenza, it-tenzjoni li toħloqilna s-soċjeta ta madwarna u l-efett li dan kollu għandu fuq is-saħħa mentali. Ninu hija produzzjoni oriġinali bil-Malti. Kitba ta’ Anton Saliba. Ko-produzzjoni ta’ Spazju Kreattiv f’kollaborazzjoni ma’ ŻiguŻajg. Dan il-proġett hu megħjun mill-Kunsill Malti għall-Arti – Malta Arts Fund. Skejjel interessati huma mitlubin jimlew il-formola billi jagħfsu hawn. Illustrazzjoni minn Francesca Grech 
Creative Team
Kittieb Anton Saliba, Direttur Bettina Paris, Maniġer tal-Produzzjoni Emma Micallef, Atturi Sean Borg, Stephen Mintoff, Monique Dimech Genuis, Nicola Azzopardi, Anton Saliba, Diżinjatur tas-Set Romualdo Moretti, Bini tas-Set Claudio Apap, Diżinjatur tad-Dwal Chris Gatt, Mużika Luke Saydon, Illustratriċi Francesca Grech, Fotografu Emma Micallef, Konsulent tas-Saħħa Mentali Dr Anton Grech

Informazzjoni fuq il-Biljetti

Adulti
n/a
Konċessjonijiet
n/a
Tfal
n/a
Cinema Club Members
n/a
Konċessjonijiet jinkludu studenti, persuni bil-karta anzjan u Special ID holders (SID)

Informazzjoni fuq il-Post

Teatru ta’ Spazju Kreattiv

Kavallier ta' San Ġakbu, Pjazza Kastillja
Valletta, Malta

Informazzjoni Addizzjonali

Tul ta' Ħin
60 minuta
Ċert
12+
Lingwa
Malti