Loading Events
  • This event has passed.

NT Encore: A Midsummer Night’s Dream

24 Ottubru 2019 - 10 Novembru 2019
Dati u Ħinijiet: Il-Ħamis, 24 t’ Ottubru, 2019, 7.30pm Il-Ħadd, 10 ta’ Novembru, 2019,  6pm Post: Iċ-Ċinema ta’ Spazju Kreattiv Prezzjiet: Adulti: €12 Konċessjonijietgħall-istudenti u l-anzjani: €10 Tfal taħt 12-il sena: €5 NT: A Midsummer Night’s Dream Ta’ William Shakespeare ‘The course of true love never did run smooth’ Re u Reġina ninfi tal-foresta li jinsabu miġġildin jiltaqgħu ma’ erba’ maħbubin maħruba u truppa atturi li qed jippruvaw jipprattikaw biex itellgħu dramm. Hekk kif jikber id-diżgwit bejniethom, il-koppja rjali maġika tibda tindaħal f’ħajjet dawn in-nies, li twassal għal trijangoli ta’ mħabba, identitajiet żbaljati u trasformazzjonijiet… b’konsegwenzi tad-daħk iżda pjuttost oskuri. L-aktar kummiedja romantika famuża ta’ Shakespeare se tixxandar live mill-Bridge Theatre f’Londra. Gwendoline Christie (Game of Thrones), Oliver Chris (Green Wing, NT Live: Young Marx), David Moorst (NT Live: Allelujah!) u Hammed Animashaun (The Barber Shop Chronicles) imexxu l-kast fil-partijiet ta’ Titania, Oberon, Puck u Bottom. B’direzzjoni ta’ Nicholas Hytner, il-produzzjoni ta’ A Midsummer Night’s Dream se tibni fuq is-suċċess immersiv ta’ Julius Caesar (NT Live 2018). Il-Bridge Theatre se jsir foresta – dinja tal-ħolm ta’ ninfi jtiru, ċpar kontaġġuż u tbaħrid fid-dawl tal-qamar, imdawwar b’udjenza li ssegwi l-azzjoni bil-pass. https://www.youtube.com/watch?v=CK03N-wKOTk

Informazzjoni fuq il-Biljetti

Adulti
n/a
Konċessjonijiet
n/a
Tfal
n/a
Cinema Club Members
n/a
Konċessjonijiet jinkludu studenti, persuni bil-karta anzjan u Special ID holders (SID)

Informazzjoni fuq il-Post

Ċinema ta’ Spazju Kreattiv

Kavallier ta' San Ġakbu, Pjazza Kastilja
Valletta, Malta

Informazzjoni Addizzjonali

Tul ta' Ħin
madwar 180 minuta
Ċert
12A
Lingwa
n/a