Loading Events
  • This event has passed.

Plattenspieler – The Vinyl Talk with Michael Bugeja

25 Jannar 2020
Data u Ħin: Is-Sibt,  25 ta’ Jannar, 2020, 4pm Post: Studjow B, Spazju Kreattiv Dħul b’xejn Matul dan l-avveniment il-mistieden speċjali, Mike Bugeja flimkien ma’ min jintervistah, se jisimgħu u jiddiskutu mużika rrekordjata fuq diski tal-Vinyl. Kull mistieden se jagħżel diska tal-vinyl, jdoqqha lill-udjenza u jitkellem dwarha. Kull wieħed se jitkellem dwar meta semagħha għall-ewwel darba, x’ħass meta semagħha, fejn xtraha, l-emozzjonijiet li evokaw il-qoxra tad-diska, il-ħanut tad-diski u l-bejjiegħ li kien jaħdem hemm, il-belt fejn instabet id-diska, l-artist mużikali, is-sena jew ix-xahar meta ġew esperjenzati dawn l-avvenimenti, u kwalunkwe stejjer oħrajn li jirriżultaw mid-diskussjoni dwar kull diska. DJs oħrajn u l-pubbliku jistgħu wkoll jipparteċipaw fid-diskussjoni u jponu mistoqsijiet dwar dawn id-diski tal-vinyl. Din it-tip ta’ diskussjoni hija bbażata fuq kunċett ta’ diskussjoni oriġinali li ġie żviluppat mill-awtur Ġermaniż u DJ Thomas Meinecke.    
Creative Team
Electronic Music Malta

Informazzjoni fuq il-Biljetti

Adulti
n/a
Konċessjonijiet
n/a
Tfal
n/a
Cinema Club Members
n/a
Konċessjonijiet jinkludu studenti, persuni bil-karta anzjan u Special ID holders (SID)

Informazzjoni fuq il-Post

Studjows

Kavallier ta' San Ġakbu
Pjazza Kastilja, Il-Belt Valletta VLT1060 Malta

Informazzjoni Addizzjonali

Tul ta' Ħin
90 minuta
Ċert
n/a
Lingwa
Malti / Ingliż