PoesiaFlamenca

Loading Events
  • This event has passed.

PoesiaFlamenca

18 Settembru 2015 @ 8:00 pm - 9:25 pm

Fużjoni ta’ Poeżija- Żfin – Flamenco

Dati u Ħinijiet: Il-Ġimgħa 18 ta’ Settembru 2015, 8.00PM Is-Sibt 19 ta’ Settembru 2015, 8.00PM

Post: Teatru (Kavallier ta’ San Ġakbu) PoesiaFlamenca hija sinteżi ta’ poeżiji Maltin u żfin Spanjol kif ukoll Flamenco kontemporanju permezz ta’ vjaġġ li jesprimi r-ruħ awtentika – l-”alma” tal-Flamenco – fejn iż-żeffiena u l-poeti jistgħu jaqsmu l-ideat, u jagħqdu l-forom tal-arti sabiex jirriflettu l-profondità u l-emozzjonijiet tagħhom. Iż-żeffiena ser jesploraw diversi tipi ta’ żfin Spanjol, Flamenco kif ukoll niċeċ ta’ żifniet kontemporanji li jwasslu għall-kreazzjonijiet innovattivi li jirriflettu l-evoluzzjoni tal-Flamenco. Dan il-vjaġġ huwa bbażat fuq l-espressjoni tat-tifsira tal-Flamenco flimkien mal-espressjoni poetika, u fejn kull żifna għandha espressjoni sinifikanti li tikkumplimenta ħsibijiet il-poeta. Diversi ‘palos’ tradizzjonali, kif ukoll kunċetti oriġinali għall-espressjoni koreografika, ser jiġu esplorati miż-żeffiena tal-Flamenco u tad-Danza Estilizada, li fl-aħħar mill-aħħar tiżvolġi fi produzzjoni rikka fir-ritmu, varjetà mużikali, f’espressjoni olistika ta’ emozzjonijiet, kulur, enerġija u passjoni.
Creative Team
Bettina von Brockdorff, Inspiracion Flamenca

Informazzjoni fuq il-Biljetti

Adulti
n/a
Konċessjonijiet
n/a
Tfal
n/a
Cinema Club Members
n/a
Konċessjonijiet jinkludu studenti, persuni bil-karta anzjan u Special ID holders (SID)

Informazzjoni fuq il-Post

Teatru ta’ Spazju Kreattiv

Kavallier ta' San Ġakbu, Pjazza Kastillja
Valletta, Malta

Informazzjoni Addizzjonali

Tul ta' Ħin
85 min
Ċert
Kull età
Lingwa
Ingliż