Proġett XX

Loading Events
  • This event has passed.

Proġett XX

11 Settembru 2020 - 22 Novembru 2020

F’għeluq l-20 anniversarju mir-rimudellar tal-Kavallier ta’ San Ġakbu bħala ċentru għall-kreattività, Spazju Kreattiv jippreżenta Proġett XX. Il-wirja tesplora l-passat reċenti tal-bini bħala ħanut tan-NAAFI tas-Servizzi Brittaniċi, stamperija tal-gvern kif ukoll it-trasformazzjoni tiegħu f’ċentru għall-kreattività. L-iskeda ta’ żmien hija artikolata permezz ta’ rakkonti orali tal-istorja u dokumentazzjoni viżiva.

Insights • Time, light and shadow (Kapitli 1 & 2) ta’ Pierre Portelli hija ispirata mill-arloġġ tax-xemx, wieħed mill-eqdem strumenti astronomiċi tal-bniedem, li bil-komponenti tal-linja fina tiegħu jitfa’ dellijiet li jimmarkaw mumenti fil-ħin. Permezz tal-bosta saffi fl-istorja ta’ dan il-bini, ix-xogħol jesplora l-ekoloġiji tal-poter, permezz ta’ intersezzjonijiet tal-passat, tal-preżent u ta’ futuri li għad iridu jinbnew.

Għall-ewwel darba fi Spazju Kreattiv, il-wirja fuq il-post se tiġi interpretata bħala esperjenza virtwali li wieħed irid jgħaddi minnha għal aċċessibilità akbar u li tinqasam mal-komunità online usa’. Dan il-proġett ukoll ser jinkludi serje ta’ intervisti ma’ ftit mill-individwi li kkontribwixxew għat-trawwim tal-Kavallier ta’ San Ġakbu f’ċentru għall-kreattività. Din l-inizjattiva wkoll tifforma parti minn sforz kontinwu minn Spazju Kreattiv biex tiżdied id-dokumentazzjoni u t-tixrid tal-informazzjoni dwar il-wirt u l-apprezzament ta’ Spazju Kreattiv, kif ukoll fis-settur kreattiv kontemporanju.

ARTIST
Pierre Portelli

KOLLABORATURI
Department of Public Work at the Ministry for Transport, Infrastructure and Capital Projects’, the National Archives of Malta, Chris Gatt, Dr Toni Sant, Architect Jing Yao Xu and Prof. Richard England, Government Printing Press, PBS Archives, Dr Georgina Portelli.

Informazzjoni fuq il-Biljetti

Adulti
BLA ĦLAS
Konċessjonijiet
BLA ĦLAS
Tfal
BLA ĦLAS
Cinema Club Members
n/a
Konċessjonijiet jinkludu studenti, persuni bil-karta anzjan u Special ID holders (SID)

Informazzjoni fuq il-Post

Spazju Kreattiv

Kavallier ta' San Ġakbu, Pjazza Kastillja
Valletta, Malta
Space A, Space B, Atrium

Informazzjoni Addizzjonali

Tul ta' Ħin
9 ġimgħat
Ċert
l-Etajiet kollha
Lingwa
Malti u Ingliż