Quintessence

Loading Events
  • This event has passed.

Quintessence

31 Jannar 2016 @ 8:00 pm - 9:00 pm

Esperjenza Interattiva – L-Arti tal-Ħoss – Narrattiva

Dati u Ħinijiet: Il-Ġimgħa 29 ta’ Jannar 2016, 8.00PM Is-Sibt 30 ta’ Jannar 2016, 8.00PM Il-Ħadd 31 ta’ Jannar 2016, 8.00PM

Post: Teatru (Kavallier ta’ San Ġakbu) Quintessence huwa esperiment artistiku li, fl-ispirtu tal-epoka diġitali li qed ngħixu fiha, jassorbi l-udjenzi tiegħu b’teknika ta’ rakkonti ibbażati fuq sound art innovativ u narrattiva kumplessa. Din hija preżentazzjoni tas-sound artist, kompożitur u mużiċist Renzo Spiteri, li ħsiebha hu li ġġiegħel lill-udjenzi jerġgħu jevalwaw it-tifsira tal-ħoss bħala ġeneru artistiku, kif ukoll ir-relazzjonijiet ta’ bejn l-ispettatur u l-preżentazzjoni nnfisha, bejn l-organiku u l-inorganiku u bejn il-ħoss u l-istrument, fi spazju fejn kollox isir aktar fluwidu u sħiħ. Il-preżentazzjoni għandha element b’saħħtu ta’ improviżazzjoni fejn Renzo juża strumenti akustiċi u elettroniċi ma’ oġġetti oħrajn li wieħed is-soltu jassoċja mal-ħajja ta’ kuljum. Waqt il-kunċert, Renzo joħloq atmosfera ta’ possibiltajiet viżwali u skulturali – ta’ ħsejjes li jipprovdu xena artistika unika lill-udjenza. Quintessence toffri ukoll livell kuratorjali iehor, frott il-kollaborazzjoni ta’ bejn Renzo u kittieba u riċerkatriċi Giuliana Fenech. Ir-riċerka li għamlet Giuliana tirrivolvi madwar kif il-ħsejjes u l-kultura tas-smiegħ jistgħu jimxu id f’id mal-aspett viżwali bl-għan li ġġiegħel l-udjenza tinvestiga l-perċezzjonijiet tagħha rigward interpretazzjoni diretta tal-kunċert. Wara l-kunċert, Giuliana ser tkun qed taqra kitba tagħha li tħeġġeġ lill-udjenza terġa’ tikkunsidra s-silta ta’ Renzo fid-dawl ta’ l-elementi mużikali u l-istorja li huma minsuġa fiha. Quintessence ġiet ippreżentata għall-ewwel  kollaborattiv adarba fi Frar 2015 fir-Royal Northern College of Music ġewwa Manchester (L-Ingilterra), bi sħubija ma’ Future Everything Festival 2015. Nota importanti: Il-postijiet A1, B1, B2, G8, H10 u H11 għandhom veduta limitata. Ħajr għar-ritratt: Gaby Giacchino
Creative Team
Renzo Spiteri, Giuliana Fenech, Gaby Giacchino

Informazzjoni fuq il-Biljetti

Adulti
n/a
Konċessjonijiet
n/a
Tfal
n/a
Cinema Club Members
n/a
Konċessjonijiet jinkludu studenti, persuni bil-karta anzjan u Special ID holders (SID)

Informazzjoni fuq il-Post

Teatru ta’ Spazju Kreattiv

Kavallier ta' San Ġakbu, Pjazza Kastillja
Valletta, Malta

Informazzjoni Addizzjonali

Tul ta' Ħin
60 min
Ċert
Kull età
Lingwa
Ingliż