Loading Events
  • This event has passed.

Roger Waters Us + Them

2 Ottubru 2019 - 6 Ottubru 2019
Dati u Ħinijiet:  L-Erbgħa, 2 t’Ottubru, 2019, 7.30pm Il-Ħadd, 6 t’Ottubru, 2019, 6pm Post: Iċ-Ċinema ta’ Spazju Kreattiv Prezz: €12 / €10(Konċessjonijiet għall-istudenti u l-anzjani) Tfal taħt it-12-il sena €5 Roger Waters; ko-fundatur, forza kreattiva u kantawtur ta’ Pink Floyd, jippreżenta ‘Us +Them’, film mistenni minn ħafna.  Ser ikun avveniment li żgur mhux ta’ min jitilfu b’livell avvvanzat ta’ produzzjoni viżwali u sistema ta’ ħoss mill-aqwa. Ġie ffilmjat f’Amsterdam waqt li Roger Waters kien fuq ir-rotta Ewropea tat-tour Us+Them fl-2017-18, fejn ta prestazzjoni quddiem iktar minn żewġ miljun ruħ madwar id-dinja. Il-film juri kanzunetti mill-albums leġġendarji ta’ Pink Floyd: The Dark Side of the Moon, The Wall, Animals, Wish You Were Here u mill-aħħar album tiegħu, Is This The Life We Really Want? Waters qed jerġa’ jikkollabora ma’ Sean Evans, id-direttur viżjonarju tal-film ‘Roger Waters The Wall’ sabiex jipproduċu b’mod kreattiv dan il-film-pijunier ta’ ispirazzjoni bil-mużika b’saħħitha u messaġġ dwar id-drittijiet umani, libertà u mħabba.       https://www.youtube.com/watch?v=VJsaR7yJHf4

Informazzjoni fuq il-Biljetti

Adulti
n/a
Konċessjonijiet
n/a
Tfal
n/a
Cinema Club Members
n/a
Konċessjonijiet jinkludu studenti, persuni bil-karta anzjan u Special ID holders (SID)

Informazzjoni fuq il-Post

Ċinema ta’ Spazju Kreattiv

Kavallier ta' San Ġakbu, Pjazza Kastilja
Valletta, Malta

Informazzjoni Addizzjonali

Tul ta' Ħin
n/a
Ċert
n/a
Lingwa
n/a