Science in the City at Spazju Kreattiv 2018

Loading Events
  • This event has passed.

Science in the City at Spazju Kreattiv 2018

28 Settembru 2018 @ 6:00 pm - 11:59 pm
Xjenza fil-Belt huwa l-Festival tax-Xjenza u l-Arti ta’ Malta li jittrasforma Triq ir-Repubblika permezz ta’ attivitajiet marbuta max-xjenza u l-arti. Taħt it-tema ta’ ‘ix-Xjenza hija Kultura’, tista’ tara kif ix-xjenza tfassal l-aspetti kollha tal-kultura: mill-metodi li permezz tagħhom nikkomunikaw, sal-modi ta’ kif nippreparaw l-ikel, kif nużaw it-teknoloġija, kif inħarsu s-saħħa tagħna u kif nieħdu pjaċir. Spazju Kreattiv se jospita bosta attivitajiet: ‘Kids Dig Science’, li tinkludi rappreżentazzjoni fejn jintużaw il-pupazzi u ‘workshop’ tax-xjenza u l-arti, li joffri esperimenti u attivitajiet interattivi għal tfal ta’ kull età; Get Your Act Together, żewġ produzzjonijiet teatralii li għandhom messaġġ soċjali; u Malta Cafe Sci, serje ta’ taħditiet u diskussjonijiet b’bażi soda fix-xjenza li jittrattaw diversi suġġetti interessanti. Għall-programm sħiħ tal-festival żur: www.scienceinthecity.org.mt Science in the City @ Spazju Kreattiv hija parti mill-programm tal-attivitajiet ta’ STEAM @ Spazju Kreattiv.  
Kids Dig Science It-Teatru ta’ Spazju Kreattiv & Imkien A, Spazju Kreattiv 6pm – 10pm (kul eta) Il-puppeteer ta’ ‘Kids Dig Science’, Sean Briffa, għal darb’oħra se jirrivela l-misteri tal-elettriku lit-tfal ta’ kull età. Din l-attività ġiet imfassla biex tispira lill-imħuħ żagħżagħ kurjużi u tħeġġeġ il-passjonijiet tagħhom. It-tfal ikunu jistgħu jifhmu aħjar il-kunċett tal-elettriku permezz ta’ sensiela ta’ logħob interattiv, esperimenti u attivitajiet divertenti.   Malta Café Scientifique Iċ-Ċinema ta’ Spazju Kreattiv 7pm – 10:30 pm (13+) ‘Malta Cafe Scientifique’ se juri taħditiet dwar ix-xjenza u l-arti ta’ madwar 25 minuta kull wieħed. 7pm – 8:10pm — ‘Magna Żmien: Preserving Maltese Memories’ ma’ Andrew Alamango u Andrew Pace 8:15pm- 9:15pm — Wara l-kwinti tal-aqwa arti u xjenza mill-festival ma’ Dr Vanessa Camilleri u Nemanja Popadic 9:30pm-10: 30pm — ‘Break a leg!’ ma’ Dr Malcolm Caligari Conti Andrew Alamango u Andrew Pace, li flimkien jikkoordinaw il-proġett ta’ Valletta 2018 “Magna Żmien”, se jitkellmu dwar it-teknoloġija ta’ reġistrazzjoni awdjoviżiva li kienet tintuża f’Malta fi żmien preċedenti, filwaqt li jesploraw xi materjal li nġabar miċ-ċittadini u li ġie diġitizzat fl-istudjo ta’ Magna Żmien. Dr Vanessa Camilleri imbagħad se titkellem dwar il-ħidma tagħha fil-qasam tar-realtà virtwali u intensifikata li qed isseħħ fuq proġett marbut ma’ Valletta 2018 b’kollaborazzjoni mal-Università ta’ Malta u l-Università tal-Arti Applikata fi Vjenna. Din id-diskussjoni se tkun ikkumplimentata minn taħdita informali mal-maniġer tal-proġett fi Vjenna, Nemanja Popadic, li se jitkellem dwar il-ħidma tal-artist Vjenniż. L-aħħar taħdita se tkun ospitata minn Dr Malcolm Caligari Conti li se jitkellem fuq ir-riċerka tiegħu, li titratta dwar materjal eċċitanti ġdid li jista’ jintuża f’każijiet ta’ għadam miksura. Dan il-materjal jiddegrada fil-ġisem waqt waqt il-fażi tal-irkupru, sabiex wara ftit snin, lanqas magna tar-raġġi-X ma tkun tista’ tiskoprih. Id-taħditiet kollha se jkunu segwiti minn diskussjoni qasira fejn in-nies se jkollhom l-opportunità li jistaqsu mistoqsijiet b’mod informali. Qabel jew wara t-taħditiet, in-nies se jkollhom wkoll ċans jaraw il-wirjiet interattivi li jinsabu barra mill-Ispazju Kreattiv. Titlifx id-diskussjonijiet li se jseħħu fiċ-Ċinema tal-Kavallier ta’ San Ġakbu, Spazju Kreattiv, matul din l-edizzjoni tal-festival “ix-Xjenza fil-Belt”!   Get Your Act Together Studjow B, Spazju Kreattiv Għajn Ma Tara: 7:30pm – 9pm (18+) Qalb Tħabbat: 9pm – 10:30pm (18+) TICKETS Get Your Act Together huwa proġett maħluq minn More or Less Theatre, iffinanzjat mill-Malta Arts Fund immexxi mill-Kunsill Malti għall-Arti b’kollaborazzjoni mal-Fondazzjoni Valletta 2018. Dan it-tour, li se jseħħ fuq perjodu ta’ 11-il ġimgħa se jitnieda fi Spazju Kreattiv matul il-festival “ix-Xjenza fil-Belt”. “Friefet Bojod” ta’ Lizzie Eldridge (direzzjoni ta’: Lee-N Abela; kast: Sarah Camilleri, Toni Busuttil) u “Għajn ma Tara” ta’ Simone Ellul (direzzjoni ta’:Tyrone Grima; kast: Theresa Gauci, Ninette Micallef, Elaine Saliba Bonniċi, Monica Attard). Għajn Ma Tara minn Simone Ellul, direzzjoni ta’ Tyrone Grima 7:30pm – 9pm (18+)7:30pm – 9pm (18+) Rita u Ċetta huma żewġ aħwa anzjani xebbiet li jgħixu ħajja ta’ rutina perpetwa fl-istess dar fejn kienu trabbew. Bejn il-minestra, l-aħbarijiet, u r-rużarju, l-aħwa jħobbu joħolmu dwar il-postijiet madwar id-dinja li beħsiebhom iżuru – xi darba. Ġurnata fost l-oħrajn tiġi żżurhom in-neputija tagħhom Susan li tkun ġiet lura għallarrieda mill-Isvezja fejn kienet qed tgħix ma żewġha. Susan iġġib magħha rigal stramb u qalb sewda, u l-wasla tagħha ġġiegħel lill-aħwa biex jikkomunikaw ma’ oħthom iż-żgħira Luċija, omm Susan, li lkoll kemm huma jkollhom relazzjoni diffiċli magħha. Friefet Bojod minn Lizzie Eldridge, dirrezzjoni ta’ Lee-N Abela 9pm – 10:30pm (18+) Sena wara li tkun tilfet l-uniku iben tagħha, Josette tiddeċiedi biex tiżra siġra fl-għalqa fejn kien miet sabiex tiċċelebra l-memorja tiegħu. Pero sid l-art għandu ideat differenti u qed jippjana biex jibni torri kbir biżżejjed sabiex iħalli l-firma tiegħu fuq wiċċ il-pajjiż u biex l-ex mara tiegħu jiddispjaċiha li ma kinitx fidila lejh. F’dan id-djalogu poetiku u simboliku daqs kemm hu relevanti għal-lum il-ġurnata, ir-regħba tiltaqa’ mat-telf u sens ta’ ħtija f’atmosfera ħarxa li ma tħallix spazju għall-kompassjoni.  
Creative Team
Dr Edward Duca (manager); Karen Fiorini (assistant manager); Angele Galea (Artistic Consultant - Get Your Act Together); Danielle M. Farrugia (Malta Cafe Scientifique manager); Sean Briffa (Kids Dig Science puppeteer); More or Less Theatre

Informazzjoni fuq il-Biljetti

Adulti
n/a
Konċessjonijiet
n/a
Tfal
n/a
Cinema Club Members
n/a
Konċessjonijiet jinkludu studenti, persuni bil-karta anzjan u Special ID holders (SID)

Informazzjoni Addizzjonali

Tul ta' Ħin
n/a
Ċert
n/a
Lingwa
n/a