Loading Events
  • This event has passed.

Songcraft – Sejħa miftuħa għal kantawturi żgħażagħ

11 Frar 2020 - 20 Marzu 2020
Songcraft jirritorna wara s-suċċess tal-proġett pilota li seħħ matul is-sena l-oħra fejn sitt kantawturi żgħażagħ għaddew minn proċess ta’ mentorship ma’ tlett esponenti ewlenin tax-xena tal-mużika lokali. Din is-sena, se niftħu l-opportunità għal kantawturi promettenti ta’ bejn is-16 u l-20 sena. Apparti mill-mentorship fejn il-parteċipanti magħżula se jiggwadanjaw esperjenza fil-parti kreattiva tal-ħolqien u eżekuzzjoni ta’ mużika ġdida, se jitgħallmu ukoll modi ta’ kif il-mużika tagħhom tista’ titwassal għand udjenzi potenzjali tagħhom. Issottometti il-formula ta’ applikazzjoni sal- Ġimgħa 20 ta’ Marzu 2020 – data estiża.  L-applikanti ser jiġu ikkuntattjati wara proċess ta’ selezzjoni. Għal aktar informazzjoni ikkuntatjana fuq [email protected] Din l-edizzjoni hija organizzata minn Spazju Kreattiv u Aġenzija Żgħażagħ. Illustrazzjoni ta’ Luca Azzopardi   Songcraft 2019 Showcase https://www.youtube.com/watch?v=BNFFn1ADGbg

Informazzjoni fuq il-Biljetti

Adulti
n/a
Konċessjonijiet
n/a
Tfal
n/a
Cinema Club Members
n/a
Konċessjonijiet jinkludu studenti, persuni bil-karta anzjan u Special ID holders (SID)

Informazzjoni Addizzjonali

Tul ta' Ħin
2-3 xhur
Ċert
Kull età
Lingwa
Malti/Ingliż