SOAR- Anatomy in Motion

Loading Events
  • This event has passed.

SOAR- Anatomy in Motion

19 Marzu 2016 @ 7:30 pm - 10 April 2016 @ 9:00 pm

Emozzjoni – Moviment – Poeżija 

Ftuħ: Is-Sibt 19 ta’ Marzu, 7.30PM Għeluq: Il-Ħadd 10 ta’ April 2016 Post: Spazji Ċ1-Ċ4 (Kavallier ta’ San Ġakbu) Il-wirja hija l-frott ta’ proġett fotogafiku ta’ Charles Paul Azzopardi – proġett li ilu għaddej ħames snin, u li fih jiġbor erbgħa u erbgħin ritratt imfasslin fuq il-prattika tal-fotografija taż-żfin u l-arti performattiva. Il-proġett għandu l-għan li jolqot kull settur billi jgħaqqad forom differenti tal-multimedia ma’ diversi kitbiet oriġinali li jmorru id f’id mar-ritratti. Għalkemm fin-natura tagħha din hija sekwenza, dawn il-’ prints fotografiċi u numru ta’ siltiet relatati, għandhom ukoll l-għan li joffru ċertu sens ta’ armonija melodika, u olistika, kemm fil-kontenut iżda anke fil-viżjoni traxxendenti tagħhom. Fit-tmiem tal-proċess kreattiv ta’ dan il-proġett, wieħed jista’ jsib ż-żwieġ artistiku bejn il-fotografija u kitbiet poetiċi u oriġinali, kif ukoll sessjonijiet interattivi u taħditiet relatati mal-proġett. B’hekk, l-kuntest Malti fejn jidħol iż-żfin, il-kitba u l-fotografija jkun qed jitressaq taħt dawl li jħeġġeġ bżonn ta’ diskussjoni – bżonn fejn inħarsu ftit lejn l-istat ta’ dawn il-mezzi ta’ espressjoni. SOAR huwa biss imbuttatura estetika, moviment u reazzjoni għal dak il-bżonn.   https://www.youtube.com/watch?v=THx7uLrWx5g
Creative Team
Charles Paul Azzopardi

Informazzjoni fuq il-Biljetti

Adulti
n/a
Konċessjonijiet
n/a
Tfal
n/a
Cinema Club Members
n/a
Konċessjonijiet jinkludu studenti, persuni bil-karta anzjan u Special ID holders (SID)

Informazzjoni fuq il-Post

Spazji

Kavallier ta' San Ġakbu
Pjazza Kastilja, Il-Belt Valletta VLT1060 Malta

Informazzjoni Addizzjonali

Tul ta' Ħin
n/a
Ċert
Kull eta`
Lingwa
n/a