Teatr-Ejn

Loading Events
  • This event has passed.

Teatr-Ejn

10 April 2016 @ 8:00 pm - 9:20 pm

Diżabilità – Omofobja – Perċezzjoni Soċjali

Dati u ħinijiet: Il-Ħamis 7 ta’ April 2016, 8.00PM, Il-Ġimgħa 8 ta’ April 2016, 8.00PM, Is-Sibt 9 ta’ April 2016, 8.00PM,- Il-Ħadd 10 ta’ April 2016, 8.00PM Post: Teatru (Kavallier ta’ San Ġakbu) Bħalma jimplika l-isem stess, Teatr-ejn, hija produzzjoni teatrali ta’ żewġ drammi Maltin: ‘It-Tfajjel ta’ Fuq il-Bandla’ u  ‘Inverżjoni’. It-tnejn li huma ġew mogħtija l-ewwel premju fis-Social Theatre Festival, mwaqqaf minn Aġenzija Żgħażagħ u organizzat mill-Malta Drama Centre, fl-edizzjonijiet tal-2012 u 2013, rispettivament.    ‘It-Tfajjel ta’ Fuq il-Bandla,’ miktub minn Andre’ Mangion, huwa dramm li jirrakkonta l-ġrajja ta’ Terry. Minkejja li ’l-ġuvnott huwa awtistiku,  huwa juża l-abbiltajiet tiegħu biex jikkumbatti l-mewġ tal-ħajja. Kemm il-mewġ tal-passat, kif ukoll il-preżent tempestuż. Min-naħa l-oħra, Stefan Magri, jippreżentalna ‘Inverżjoni’ – dramm dwar ir-relazzjoni bejn is-sesswalità u l-imħabba – kumment soċjali dwar il-perċezzjoni tal-orjentazzjoni sesswali, u l-libertà, jew aħjar in-nuqqas tagħha, li wieħed juri verament min hu.

Nota qasira dwar il-prezz tad-dħul: 

Sa nhar il-Ħadd 7 ta’ Frar 2016, data inkluża, kull biljett se jkun qiegħed jinbiegħ bi prezz ridott ta’ €12.00. Il-prestazzjoni li se ssir nhar il-Ħamis 7 ta’ April 2016 biss għandha prezz speċjali ta’ €12.00.
Creative Team
Inverżjoni: Tyrone Grima (direttur), Stefan Magri (kittieb) It-Tfajjel ta' Fuq il-Bandla: Josette Ciappara (direttriċi), Andre' Mangion (kittieb)

Informazzjoni fuq il-Biljetti

Adulti
n/a
Konċessjonijiet
n/a
Tfal
n/a
Cinema Club Members
n/a
Konċessjonijiet jinkludu studenti, persuni bil-karta anzjan u Special ID holders (SID)

Informazzjoni fuq il-Post

Teatru ta’ Spazju Kreattiv

Kavallier ta' San Ġakbu, Pjazza Kastillja
Valletta, Malta

Informazzjoni Addizzjonali

Tul ta' Ħin
80 min
Ċert
16+
Lingwa
Malti