Loading Events
  • This event has passed.

The Doors: Break on Thru –A Celebration of Ray Manzarek

12 Frar 2020
Data u Ħin: L-Erbgħa, 12 ta’ Frar, 2020, 7:30pm Post: Iċ-Ċinema ta’ Spazju Kreattiv Prezz:  €12 / €10 (Studenti u anzjani) THE DOORS: BREAK ON THRU – A CELEBRATION OF RAY MANZAREK huwa kunċert-dokumentarju li juri kunċert li ttella’  fl-2016 fl-Los Angeles, California, mill-membri li għadhom ħajjin ta’ The Doors; John Densmore u Robby Krieger ad unur tal-membru mibki Ray Manzarek dakinhar li kieku kien ikun għeluq sninu, fit-12 ta’ Frar. The Doors jafu l-bidu tagħhom meta Ray Manzarek iltaqa’ ma’ Jim Morrison fuq il-Bajja ta’ Venezja f’California fl-1965.  Ray sar il-polz ta’ The Doors u l-arkitett wara l-ħoss pjaċevolment tossika tat-tastiera.  Il-mużika mqanqla ta’ Manzarek għaqdet l-istili rock, jazz, blues, bossa nova u numru ta’ ġeneri oħra f’xi ħaġa kompletament ġdida. L-iskeda mużikali tal-kunċert tikkonsisti f’kanzunetti ta’ The Doors miġjuba minn John u Robby flimkien ma’ numru ta’ mużiċisti kbar fosthom Taylor Hawkins u Rami Jaffe (Foo Fighters), Robert DeLeo (Stone Temple Pilots), Stephen Perkins (Jane’s Addiction), Exene u John Doe (X), Warren Haynes (Gov’t Mule), Brian Ray (Paul McCartney), Andrew Watt u iktar. Il-film jinkludi wkoll filmati rari mill-arkivji tal-band, konverżazzjonijiet ma’ Jim Morrison u Ray Manzarek, kif ukoll mal-ġurnalist mużikali Ben Fong-Torres, flimkien ma’ intervisti ġodda ma’ John u Robby.   https://www.youtube.com/watch?v=CvyhjeKLA5o

Informazzjoni fuq il-Biljetti

Adulti
n/a
Konċessjonijiet
n/a
Tfal
n/a
Cinema Club Members
n/a
Konċessjonijiet jinkludu studenti, persuni bil-karta anzjan u Special ID holders (SID)

Informazzjoni fuq il-Post

Ċinema ta’ Spazju Kreattiv

Kavallier ta' San Ġakbu, Pjazza Kastilja
Valletta, Malta

Informazzjoni Addizzjonali

Tul ta' Ħin
100 minuta
Ċert
12A
Lingwa
Ingliż