Loading Events
  • This event has passed.

The LEGO Movie 2

9 Marzu 2019 - 10 Marzu 2019
Dati u Ħin: Is-Sibt, 9 ta’ Marzu, 2019,  2.00pm Il-Ħadd, 10 ta’ Marzu, 2019, 11.00am Post: Iċ-Ċinema ta’ Spazju Kreattiv Prezz: €7 / €6 (membri taċ-ċinema club) Tfal taħt it-12–il sena: €5 Biljett tal-familja: € 20 (2 adulti u 2 itfal) The LEGO Movie 2 – Il-film tant mistenni f’din is-sensiela, li ser jgħaqqad l-eroj ta’ Bricksburg f’avventura ġdida mimlija azzjoni bil-għan li jsalvaw il-belt tant għażiża għalihom.  Ilu ħames snin ma jkun kollox miexi sew, u issa ċ-ċittadini qed jiffaċċjaw theddida kbira ġdida: l-invażuri LEGO Duplo mill-ispazju, li jkissru u jfarrku dak li jiġi għal idejhom f’qasir żmien u mhux lakemm terġa’ tibnih. Il-battalja sabiex jegħlbu lil dawn l-invażuri u jerġgħu iġibu l-armonija fl-univers tal-LEGO ser tieħu lil Emmet, Lucy, Batman u sħabhom f’dinjiet ‘il bogħod li għadu ma sabhom ħadd, inkluż galassja mimlija pjaneti fantastiċi, karattri strambi u kanzunetti ġodda tal-widna.  Din l-avventura ser tittestja l-qlubija, il-kreattività tagħhom kif ukoll il-kapaċitajiet tagħhom fil-bini ta’ binjiet kbar, u b’hekk niskopru kemm fil-vertià huma speċjali. https://www.youtube.com/watch?v=cksYkEzUa7k
With the participation of
Chris Pratt, Elizabeth Banks, Will Arnett
Creative Team
Mike Mitchell (direttur)

Informazzjoni fuq il-Biljetti

Adulti
n/a
Konċessjonijiet
n/a
Tfal
n/a
Cinema Club Members
n/a
Konċessjonijiet jinkludu studenti, persuni bil-karta anzjan u Special ID holders (SID)

Informazzjoni fuq il-Post

Ċinema ta’ Spazju Kreattiv

Kavallier ta' San Ġakbu, Pjazza Kastilja
Valletta, Malta

Informazzjoni Addizzjonali

Tul ta' Ħin
106 minuta
Ċert
U
Lingwa
Ingliż