Loading Events
  • This event has passed.

The Maltese Islands Festival 2019

23 Jannar 2019 - 27 Jannar 2019
Dati u ħinijiet: l-Erbgħa, 23 ta’ Jannar 2019 – il-Ħadd, 27 Jannar 2019 Post: Studjow A, Studjow B, Teatru (Spazju Kreattiv) / Valletta Campus Theatre Għall-biljetti, agħfas hawn:       Din se tkun it-tielet edizzjoni tal-Maltese Islands Festival wara li fl-aħħar edizzjoni ipparteċipaw ‘il fuq minn 300 persuna. Dan il-Festival għandu element kompetittiv u huwa mmirat lejn tfal, żgħażagħ u adulti li jridu jagħtu performance quddiem udjenza u ġurija professjonali mill-Ingilterra. Il-British and International Federation of Festivals jaħdmu ma’ festivals madwar id-dinja biex joħolqu ‘il fuq minn miljun opportunità performattiva kull sena  fl-Ingilterra biss – b’mod speċjali għat-tfal u ż-żgħażagħ. Din il-federazzjoni għandha ‘il fuq minn 560 membru internazzjonali. Dan l-avveniment se jesplora kategoriji differenti fil-ġeneri taż-żfin, drama, kant u mużika u se jifforma parti mill-programm ta’ Spazju Kreattiv għal dan l-istaġun. Il-Maltese Islands Festival tad-Drama, Mużika, Kant u Żfin huwa parti mill-British and International Federation of Festivals. Għall-prenotazzjoni tal-biljetti għas-sezzjoni tal-kant fi gruppi li ser isiru fit-Teatru ta’ Spazju Kreattiv nhar il-Ħamis, 24 ta’ Jannar, ibgħat imejl lil [email protected], b’ ‘Choir Audience booking’ bħala suġġett. Minħabba n-nuqqas ta’ spazju, kull persuna ser tkun tista’ tirriserva żewġ biljetti biss. Postijiet fuq bażi ta’ min jiġi l-ewwel, jinqeda l-ewwel.
With the participation of
Spazju Kreattiv, Valletta Campus Theatre
Creative Team
Antonella Mifsud, Luke Mercieca

Informazzjoni fuq il-Biljetti

Adulti
n/a
Konċessjonijiet
n/a
Tfal
n/a
Cinema Club Members
n/a
Konċessjonijiet jinkludu studenti, persuni bil-karta anzjan u Special ID holders (SID)

Informazzjoni Addizzjonali

Tul ta' Ħin
n/a
Ċert
U
Lingwa
Ingliż