Loading Events
  • This event has passed.

They Blew Her Up

5 Marzu 2021 - 21 Marzu 2021

 Wirja On-demand disponibbli sal-21 ta’ Marzu.

Il-produzzjoni, parzjalment verbatim, se tidħol dritt fil-qalba tal-assassinju ta’ Daphne Caruana Galizia kif ukoll l-investigazzjoni sussegwenti.

Se tagħti ħarsa lejn dak li ġara wara l-kwinti kif ukoll tidħol fil-ħajja tal-protagonisti fit-titli. L-awtur u direttur Herman Grech, li huwa l-editur tat-Times of Malta, irnexxilu jikseb aċċess għall-partijiet ikkonċernati fil-każ, billi kiseb aċċess għal uħud mill-esponenti ewlenin fil-qasam u bena xogħol ta’ finzjoni bbażat fuq intervisti kif ukoll il-każijiet tal-qorti li għaddejjin bħalissa.

Ħamsa mill-aqwa atturi ta’ Malta – Alan Paris, Kim Dalli, Jes Camilleri, Charlotte Grech u Joe Azzopardi – intgħażlu għal dan id-dramm.

Attenzjoni: Dan id-dramm huwa forma ta’ espressjoni artistika bbażata, sa ċertu punt, fuq avvenimenti attwali, huwa fizzjonalizzat għal għanijiet ta’ drammatizazzjoni u mhuwiex intenzjonat biex jirrefletti persuna attwali jew storja.
Dati u Ħin
Il-Ġimgħa 26 ta’ Frar 2021, 8pm
Is-Sibt 27 ta’ Frar 2021, 8pm
Il-Ħadd 28 ta’ Frar 2021, 7pm
Il-Ħamis 4 ta’ Marzu 2021, 8pm
Il-Ġimgħa 5 ta’ Marzu 2021, 8pm
Is-Sibt 6 ta’ Marzu 2021, 8pm
Il-Ħadd 7 ta’ Marzu 2021, 7pm
Il-Ħamis 11 ta’ Marzu, 8pm
Il-Ġimgħa 12 ta’ Marzu 2021, 8pm
Is-Sibt 13 ta’ Marzu 2021, 5pm u 8pm
Il-Ħadd 14 ta’ Marzu 2021, 7pm 
Dati bl-aħmar posposti

Informazzjoni fuq il-Biljetti

Adulti
€20 (Balcony: €15)
Konċessjonijiet
€15
Tfal
n/a
Cinema Club Members
n/a
Konċessjonijiet jinkludu studenti, persuni bil-karta anzjan u Special ID holders (SID)

Informazzjoni fuq il-Post

Teatru ta’ Spazju Kreattiv

Kavallier ta' San Ġakbu, Pjazza Kastillja
Valletta, Malta

Informazzjoni Addizzjonali

Tul ta' Ħin
1hr 20min
Ċert
12+
Lingwa
English