Tnedija ta’ Ktieb – Klin u Kapriċċi Oħra

Loading Events
  • This event has passed.

Tnedija ta’ Ktieb – Klin u Kapriċċi Oħra

30 Settembru 2015 @ 8:00 pm - 9:15 pm

Konverżazzjonijiet bejn Poeżija – Mużika – Kritika

Data u Ħin: L-Erbgħa 30 ta’ Settembru 2015, 8.00PM

Post: Teatru (Kavallier ta’ San Ġakbu)

F’din it-tnedija tal-ktieb Klin u Kapriċċi Oħra (Klabb Kotba Maltin), Adrian Grima se jaqra għażla mill-poeżiji tal-ġabra l-ġdida tiegħu, l-ewwel waħda ppubblikata f’Malta wara Rakkmu (2006). Il-poeta ser jiġi akkumpanjat mill-grupp Plato’s Dream Machine, li kien diġà stieden lil Adrian Grima biex jieħu sehem fit-tnedija tal-album Għera f’April tal-2014 u li ntlaqa’ tajjeb ħafna mill-kritika. Filwaqt li jagħti prominenza lill-kelma, li wara kollox hija l-protagonista tal-poeżija, f’din it-tnedija ser jixħet dawl fuq il-possibilitajiet li toffri l-kelma bħala ħoss, u speċjalment bħala ritmu. Il-qari se jinqeda b’mużika miktuba għal tal-apposta għat-tnedija biex tiġi offruta esperjenza artistika li tmur lil hinn mill-kelma fuq il-karta, u fl-istess waqt jara x’kapaċi toffri l-poeżija lir-rock progressiv tal-Plato’s Dream Machine. Waqt it-tnedija ser ikun hemm kumment kritiku ta’ Dr Norbert Bugeja, li mhux biss huwa akkademiku li jaħdem fuq il-letteratura iżda huwa wkoll qarrej u kittieb tal-poeżija.  

Avviż importanti: Dan l-avveniment ser jiġi ffilmjat. 

With the participation of
Dr Norbert Bugeja (kritiku letterarju)
Creative Team
Adrian Grima (kittieb), Plato's Dream Machine (grupp mużikali)

Informazzjoni fuq il-Biljetti

Adulti
n/a
Konċessjonijiet
n/a
Tfal
n/a
Cinema Club Members
n/a
Konċessjonijiet jinkludu studenti, persuni bil-karta anzjan u Special ID holders (SID)

Informazzjoni fuq il-Post

Teatru ta’ Spazju Kreattiv

Kavallier ta' San Ġakbu, Pjazza Kastillja
Valletta, Malta

Informazzjoni Addizzjonali

Tul ta' Ħin
75 min
Ċert
Kull età
Lingwa
Malti