European Cinema Night 2021 | Undine

Loading Events
  • This event has passed.

European Cinema Night 2021 | Undine

10 Diċembru 2021 @ 6:00 pm - 7:30 pm

Data u ħin
Il-Ġimgħa,10 ta’ Diċembru, 2021, 6pm

F’films bħal ‘Yella’, ‘Phoenix’ u aktar reċentament ‘Transit’, Christian Petzold offra vista panoramika fuq il-Ġermanja tal-preżent u tal-passat, u jissottometti storja taċ-ċinema u jieħu riskji eżileranti bil-pjaċir tan-narrativa.

Undine, wieħed mill-aktar films sperimentali tiegħu, huwa drama kważi-realista u kitba mill-ġdid evokattiva tal-leġġenda Ġermaniża tan-ninfa tal-ilma.

Paula Beer (Frantz) hija storika tal-urbaniżmu f’Berlin, u għaddejja minn kriżi romantika meta letteralment ikollha inkontru splussiv mal-għaddas industrijali Christoph (il-kollega ta’ Beer fi Transit Franz Rogowski).  Petzold jilgħab b’mod eleganti u provokattiv f’xifer l-impossibbli – u kontra kull mistenni, juża l-maġija interjuri tiegħu u joħroġ b’reċta mill-aqwa, kommoventi u, bħal dejjem, intellettwali ħafna.


Undine se jiġi ppreżentat bħala parti mill-European Arthouse Cinema Night 2021.

Dan l-avveniment huwa sponsorjat mill- European Commission’s Creative Europe MEDIA programme u ko-organizzat ma’ Europa Cinemas.


Il-patruni kollha li se jattendu avvenimenti fi Spazju Kreattiv għandhom jippreżentaw ċertifikazzjoni tal-vaċċin fil-punt tad-dħul tagħhom.

Informazzjoni fuq il-Biljetti

Adulti
Free ( booking required)
Konċessjonijiet
n/a
Tfal
n/a
Cinema Club Members
n/a
Konċessjonijiet jinkludu studenti, persuni bil-karta anzjan u Special ID holders (SID)

Informazzjoni Addizzjonali

Tul ta' Ħin
1hr 31min
Ċert
15
Lingwa
Ġermaniż bis-sottotitoli Ingliżi
Free ( booking required)
: