VideoVortex XII Malta – Call for Contributions

Loading Events
  • This event has passed.

VideoVortex XII Malta – Call for Contributions

14 Jannar 2019 - 15 Marzu 2019
Konferenza: 27-28 ta’ Settembru, 2019 (Spazju Kreattiv) Data tal-iskadenza: 15 ta’ Marzu 2019 Jekk jogħġbok ibgħat il-proposti fuq: [email protected] Sit: http://vv12.org VideoVortex, network artistiku li jispeċjalizza fl-estetika u l-politika ta’ filmati fuq l-internet, se jkun qed jerġa’ jiltaqa’ ‒ din id-darba ġewwa Malta ‒ għal konferenza mifruxa fuq jumejn lejn l-aħħar ta’ Settembru. F’din is-sejħa qed niffukaw partikolarment biex inġibu riċerka ġdida, teoriji u kritika ta’ vidjow onlajn – fl-isfond ta’ mistoqsijiet dwar l-integrazzjoni fi ħdan il-midja soċjali – għal Malta.  Jekk inti gradwat, riċerkatur jew kritiku fil-qasam tal-isfidi teoretiċi tal-kulturi tal-immaġini kontemporanji (movimentati), jekk jogħġbok avviċinana.  Jekk hemm xi mistoqsijiet speċifiċi, tistgħu tgħadduhom direttament lil Geert Lovink ([email protected]).  
 
Qed infittxu kontribuzzjonijiet dwar: 
  1. Kulturi tal-filmat fuq pjattaformi tal-mezzi soċjali/mobile (Facebook Live, Instagram, Snapchat, l-estetika tal-ismart phone, You Tube u You Tube integration etc)
  2. Streaming ta’ filmati miġbudin dak il-ħin u pjattaformi tal-istreaming
  3. Surveillance Cinema
  4. Filmati onlajn, attiviżmu u migrazzjoni
  5. Produzzjoni tal-films awtomatizzata u algoritmika (IA), bots, u arkivji ta’ filmati onlajn
  6. L-estetika permezz tad-drones (eż. Wiki Loves Monuments)
  7. Il-preservazzjoni diġitali tal-filmat onlajn (arkivji / manutenzjoni)
  8. Il-Fenomenoloġija ta’ YouTube bħala arkivju
  9. Użu tal-filmat onlajn fl-industrija stabbilita tal-film
  10. Radikalizzazzjoni algoritmika
  11. Intimatjiet Sintetiċi (ASMR, servizzi ‘I will play _____ with you’  etc)
  12. Deepfakes
  13. VR, personifikazzjoni, pornografija
  Kumitat tal-Programm Andreas Treske (id-Dipartiment tal-Komunikazzjoni u d-Disinn, L-Università ta’ Bilkent, Ankara) Toni Sant, Justin Galea, Daniel Azzopardi (Spazju Kreattiv, Malta) Matthew Galea & Adnan Hadzi (id-Dipartiment tal-Arti Diġitali, L-Università ta’ Malta) Barbara Dubbeldam & Geert Lovink (l-Istitut għall-Kulturi tan-Network, Amsterdam)   L-Isfond ta’ VideoVortex VideoVortex huwa network ta’ produtturi u diretturi, attivisti, artisti, riċerkaturi, u individwi oħra intiżi fil-qasam tal-filmat li jaħdmu fuq il-politika u l-estetika tal-filmat onlajn. L-inizjattiva ġiet stabbilita fl-2007 mill-Istitut tal-Kulturi tan-Network ġewwa Amsterdam. It-teknoloġija tal-filmat bidlet radikalment il-mod ta’ kif nipproduċu, nikkonsmaw u niċċirkolaw l-istampi, b’influwenza fuq l-estetika u l-possibiltajiet ta’ kulturi tal-istampa li tiċċaqlaq, filwaqt li tipproduċi xelta rikka ta’ boroż ta’ studju f’dixxiplini varji. Minħabba li jgawdi minn aċċessibiltà u użu faċli, il-filmat huwa xi ħaġa li storikament dejjem imxiet paripassu mal-attiviżmu permezz tal-media u x-xogħol kollaborattiv. Issa, però, bil-konsistenza kontinwa tal-vidjo fuq il-midja soċjali u l-web, id-dominanza fuq l-internet, l-rwol tal-kamera kemm f’manutenzjoni u kif ukoll fix-xkiel tan-networks, u biż-żieda fil-kapaċità tal-vidjo biex jistimula affarijiet li qatt ma seħħew- nirrikjedu riċerki u teroiji ġodda.  Il-bidliet rapidi li għaddejjin fil-formati teknoloġiċi jimplikaw bżonn urġenti għal prattiċi ġodda ta’ arkivjar u manutenzjoni, modi ta’ kollaborazzjoni, u mobilizzazzjoni politika, flimkien ma’ fehim iktar frisk tas-suġġett-spettatur, atturi, u networks kostitwiti mill-filmat kontemporanju u l-kulturi diġitali. Avvenimenti Passati: videovortex #1: Brussels, Belgium, Ottubru 2007 videovortex #2: Amsterdam, the Netherlands, Jannar 2008 videovortex #3: Ankara, Turkey, Ottubru 2008 videovortex #4: Split, Croatia, Ottubru 2009 videovortex #5: Brussels, Belgium, Novembru 2009 videovortex #6: Amsterdam, the Netherlands, Marzu 2011 videovortex #7: Yogyakarta, Indonesia, Lulju 2011 videovortex #8: Zagreb, Croatia, Mejju 2012 videovortex #9: Lüneburg, Germany, Frar 2013 videovortex #10: Istanbul, Turkey, Settembru 2014 videovortex #11: Kochi, India, Frar 2017

Informazzjoni fuq il-Biljetti

Adulti
n/a
Konċessjonijiet
n/a
Tfal
n/a
Cinema Club Members
n/a
Konċessjonijiet jinkludu studenti, persuni bil-karta anzjan u Special ID holders (SID)

Informazzjoni Addizzjonali

Tul ta' Ħin
n/a
Ċert
n/a
Lingwa
n/a