
- This event has passed.

Her Say
One event on 12 Marzu 2022 at 7:00 pm
One event on 13 Marzu 2022 at 7:00 pm
Dati u ħin
Il-Ġimgħa 11 ta’ Marzu 2022, 8pm
Is-Sibt 12 ta’ Marzu 2022, 8pm
Il-Ħadd 13 ta’ Marzu 2022, 7pm
Din il-produzzjoni hija dwar stejjer tan-nisa li fiha partijiet oriġinali minn kittieba femminili.
Tlieta mill-aqwa drammaturgi kontemporanji Maltin – Simone Spiteri, Lara Calleja u Chiara Hyzler – jippreżentaw serata ta’ kitba ġdida eċċitanti f’forma ta’ monologi, bil-Malti u bl-Ingliż f’forma komika u drammatika. Dan il-programm se jkun dwar stejjer umani tan-nisa li jittrattaw il-misoġinija, l-etàjiżmu, u coming out. Dawn huma stejjer reali, li mhux spiss jitkellmu dwarhom fit-teatru lokali, iżda mhux biss għan-nisa, imma għal kull min għandu interess fis-psyche umana u r-relazzjonijiet fid-dinja tagħna. Uħud mill-aqwa atturi ta’ Malta se jkunu l-protagonisti f’dan il-proġett. Id-direzzjoni u produzzjoni ta’ dan il-proġett huma f’idejn Charlotte Grech.
Tim Kreattiv: | Charlotte Grech (Direzzjoni u Produzzjoni) Christopher Gatt (Dwal) Drammaturgi : Simone Spiteri, Lara Calleja u Chiara Hyzler Atturi: Monica Attard, Michela Farrugia u Angele Galea |
Il-patruni kollha li se jattendu avvenimenti fi Spazju Kreattiv għandhom jippreżentaw ċertifikazzjoni tal-vaċċin fil-punt tad-dħul tagħhom.