Loading Events
  • This event has passed.

World Disability Day – My Time to Shine

3 Diċembru 2019
Data u Ħinijiet: It-Tlieta, 3 ta’ Diċembru 2019, 10.30am (Workshop/Performance) u 5.30pm (Diskussjoni) Post: Atriju u Teatru fi Spazju Kreattiv Dħul b’xejn. Min hu interessat, ġentilment mitlub jibgħat imejl fuq sabiex jirriserva post: [email protected] Opening Doors Association, organizzazzjoni artistika li tipprovdi opportunitajiet lil persuni b’diżabilità intellettwali fil-qasam kreattiv, se tkun qed tikkomemora l-Jum Internazzjonali tal-Persuni b’Diżabilità b’mod speċjali. Ingħaqad magħna fit-3 ta’ Diċembru, għal ġurnata ta’ workshops, diskussjonijiet, prestazzjonijiet, wirjiet tad-dokumentarju ta’ Opening Doors u aktar! L-avveniment se jiffoka fuq ix-xogħol kreattiv żviluppat mill-artisti u t-tim kreattiv ta’ Opening Doors waqt li jiftaħ djalogu dwar id-diżabilità u l-arti performattiva f’Malta. Dawn id-diskussjonijiet se jħarsu lejn l-isfidi, il-kisbiet u l-għanijiet kreattivi tal-artisti, u se jilqgħu l-parteċipazzjoni ta’ studenti, artisti u stakeholders fix-xena artistika lokali. Aqsam magħna l-imħabba għal dak kollu li għandu x’jaqsam mal-palk, fil-vjaġġ biex nilħqu l-aħjar potenzjal tagħna permezz tal-kreattività! Ritratt: Northern Ballet & Brian Slater
Creative Team
Tim Artistiku Opening Doors u l-Atturi

Informazzjoni fuq il-Biljetti

Adulti
n/a
Konċessjonijiet
n/a
Tfal
n/a
Cinema Club Members
n/a
Konċessjonijiet jinkludu studenti, persuni bil-karta anzjan u Special ID holders (SID)

Informazzjoni fuq il-Post

Teatru ta’ Spazju Kreattiv

Kavallier ta' San Ġakbu, Pjazza Kastillja
Valletta, Malta

Informazzjoni Addizzjonali

Tul ta' Ħin
190 minuta
Ċert
n/a
Lingwa
Ingliż/Malti