Loading Events
  • This event has passed.

XENI / A retrospective of set design in Malta

10 Jannar 2020 - 24 Frar 2020
Dati: 10 ta’ Jannar – 23 ta’ Frar 2020 Post: Spazju Ċ, Spazju Kreattiv Dħul b’xejn XENI huwa proġett retrospettiv ikkurat mid-disinjatur tas-settijiet Taljan Romualdo Moretti, li ħadem mal-iżjed kumpaniji teatrali prominenti ġewwa Malta u Għawdex. Dan il-proġett għandu produzzjoni ta’ Teatru Malta f’kollaborazzjoni ma’ Spazju Kreattiv, bl-għan li jipprovdi lill-udjenzi aċċess għax-xenografija lokali tad-diċennju l-ieħor. L-esebizzjoni se tkun qiegħda tinkludi settijiet, props u mudelli minn produzzjonijiet passati u li jappartjenu lil 12-il disinjatur tas-sett lokali u internazzjonali maħluqa għal kumpaniji tal-produzzjonijiet teatrali varji matul dawn l-aħħar 10 snin. ESEBIZZJONI/ Id-dinja teatrali qiegħda dejjem tevolvi; materjali ġodda, teknoloġiji ġodda u  ideat ġodda, li lkoll jeħtieġu l-ħila ta’ disinjatur tas-sett kapaċi sabiex kull viżjoni artistika timmaterjalizza mill-istadju tad-disinn sa fuq il-palk. Is-sett jilgħab irwol mill-iżjed importanti fin-narrattiva ta’ kwalunkwe produzzjoni; irwol li jitlob relazzjoni kollaborattiva bejn dawk li jpenġu s-sett, dawk li jibnuh u d-disinjaturi tad-dawl. WORKSHOPS/ Il-workshops se jkunu qegħdin ikopru t-tpenġija tas-sett, il-bini tas-sett u d-disinn tad-dawl. Dawn huma miftuħa għall-pubbliku permezz ta’ applikazzjoni u se jkunu qegħdin joffru esperjenza prattika taħt il-ħarsien ta’ tuturi barranin u lokali. TAĦDITIET/ Serje ta’ taħditiet minn veterani fix-xena teatrali lokali, li jvarjaw minn atturi u kritiċi għal disinjaturi tas-sett. Dawn ilkoll se jkunu qegħdin jiddiskutu suġġetti varji relatati mad-disinn tas-sett u l-esperjenza tagħhom fuq il-palk. Agħfas hawnhekk għal iżjed informazzjoni.  
Creative Team
Kuratur: Romualdo Moretti

Informazzjoni fuq il-Biljetti

Adulti
n/a
Konċessjonijiet
n/a
Tfal
n/a
Cinema Club Members
n/a
Konċessjonijiet jinkludu studenti, persuni bil-karta anzjan u Special ID holders (SID)

Informazzjoni fuq il-Post

Spazji

Kavallier ta' San Ġakbu
Pjazza Kastilja, Il-Belt Valletta VLT1060 Malta

Informazzjoni Addizzjonali

Tul ta' Ħin
n/a
Ċert
n/a
Lingwa
n/a